Left arrow Go Back

L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Libreriji se jitressaq fil-Parlament f’qasir żmien

pr2340
Date Icon 15/12/2010

Is-self ta’ kotba mil-Libreriji żdied bi 43,000

L-Abbozzta’ Liġi dwar il-Libreriji se jitressaq għad-diskussjoni fil-Parlament f’qasir żmien. Dan qalitu l-Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja Dolores Cristina meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said, ippreżentaw ċertifikati lil għexieren ta’ impjegati tal-Libreriji li segwew b’suċċess kors organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Librara Maltin – il-MaLIA.
Il-Ministru Cristina qalet li l-Kunsilli Lokali sargħandhom rwol mill-aktar importanti fit-teħid ta’ inizjattivi edukattivi. Hi appellat biex il-Kunsilli Lokali, b’kollaborazzjoni mal-MaLIA jieħdu inizjattivi sabiex iressqu l-kotba u l-qari aktar qrib il-komunitajiet. Dan jista’ jsir permezz tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li se jibdew jitwaqqfu fejn hemm oqsma tad-Djar tal-Gvern.
Il-Ministru Cristina qalet li din l-idea tista’ tkunesplorata bejn l-imsieħba kollha fid-dawl ta’ żewġ skemi tal-Awtorita’ tad-Djar li fihom se jipparteċipaw bis-sħiħ il-Kunsilli Lokali biex ikompli jitjieb mhux biss l-ambjent fiżiku fl-oqsma tad-djar, iżda biex jittieħdu wkoll inizjattivi edukattivi u soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellem dwarit-titjib sostanzjali li sar fis-snin li għaddew fis-servizz offrut mill-Libreriji f’Malta u f’Għawdex u mill-Kunsilli Lokali li qed jieħdu ħsieb l-operat tagħhom.
Statistika miżmuma mid-Dipartiment tal-Librerijituri kif bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena, il-libreriji f’Malta u f’Għawdex sellfu 730,000 ktieb li jfisser 43,000 ktieb aktar mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Chris Said ħabbar ukoll li l-aħħar grupp ta’ libreriji proġettati għall-kompjuterizzazzjoni issa huma lesti u diġa’ qed jiffunzjonaw kif mistenni. Dawn huma l-Libreriji Reġjonali tal-Birgu u tar-Rabat f’Malta, kif ukoll il-fergħat tal-Fgura, l-Isla, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Qrendi Ħal Safi, Pembroke u Ħal Tarxien.
Bħalissawkoll qed isir tentattiv biex l-aħħar erba’ libreriji li fadal għall-kompjuterizzazzjoni, jitlestew ukoll matul is-sena d-dieħla. Bdew ukoll it-taħditiet biex il-libreriji fergħat li hemm f’Għawdex ukoll isiru kompjuterizzati bħal dik tan-Nadur.
ChrisSaid qal li l-eżerċizzju ta’ kompjuterizzazzjoni kien possibbli grazzi għas-sinerġija li teżisti bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsilli Lokali li mill-ewwel urew interess kbir fil-proġett u offrew il-mezzi kollha tagħhom sabiex setgħu isiru l-arranġamenti u ssir il-konnettivita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow