Left arrow Go Back

MALTA L-MISTIEDNA PRINĊIPALI FIS-SUQ TAL-MILIED FI BRUSSELL

pr2334
Date Icon 14/12/2010
Malta kienetil-mistiedna ta’ unur fis-Suq tal-Milied tradizzjonali ta' Woluwe San Pierre li huwa l-aktar distrett sinjur ta' Brussell. Dan huwa l-uniku suq kopert tal-Milied fi Brussell. Bosta eluf ta' nies żaru dan l-avveniment mill-aktar festiv fi Pjazza Dumon, li hija l-pjazza ewlenija u wkoll ċentru tat-trasport.
Dinkienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f'dan il-avveniment ta' viżibilità għolja. Din il-parteċipazzjoni kienet grazzi għall-inizjattiva tal-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell u bl-għajnuna ġeneruża tal-Malta Tourism Authority, Skejjel tal-Lingwi EF u Delicata Winery, kif wkoll bil-kollaborazzjoni tal-Air Malta.
Matul l-avveniment, lisar mid-9 sat-12 ta' Diċembru, l-istand ta' Malta attirat attenzjoni qawwija. Diversi eluf ta' fuljetti promozzjonali dwar Malta ġew distribwiti. Fl-inawgurazzjoni ta’ dan is-Suq il-viżitaturi segħtu jduqu tazza nbid Malti tajjeb u apprezzat ħafna u li kien miżjud bħala parti mill-"iskoperta" ta' Malta, li kienet deskritta bħala s-sigriet tal-Ewropa.
Diversi personalitajietimportanti żaru l-istand ta' Malta, inklużi l-Onor. Benoit Cerexche, Ministru għall-Ekonomija, Xogħol, Riċerka u Amministrazzjoni tal-Gvern tar-Reġjun ta' Brussell, kif ukoll id-Dott. William Draps, is-Sindku ta' Woluwe San Pierre.
L-istand ta'Malta kienet imżejna bil-Bambin Ġesù tradizzjonali, li kien imdawwar b’diversi qsari ta’ ġulbiena bajda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow