Left arrow Go Back

Inawgurat playing field f’Tal-Pieta li ssebbah b’fondi tal-UIF

pr2331
Date Icon 13/12/2010
Dalgħodu kien inawguratil-playing field Patri Ġwann Frendo f’Tal-Pieta’ wara xogħlijiet ta’ tisbiħ li kienu finanzjati permezz mill-Kunsill Lokali permezz tal-Fond għat-Titjib Urban (Urban Improvement Fund – UIF) tal-MEPA.
Ix-xogħlijiet saruf’żewġ fażijiet u b’kollox ġew jiswew 71,000 ewro. Fl-ewwel fażi inbena mill-ġdid il-ħajt li jdawwar il-playing field filwaqt li fit-tieni fażi kien installat tagħmir tal-logħob għall-użu mit-tfal, 22 bank, gazebo, numru ta’ bozoz li jixegħlu permezz tal-enerġija tax-xemx, u tħawlu aktar minn 30 siġra.
Il-ġnien kien inawguratmis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor Chris Said fil-preżenza tas-Sindku tal-lokalita’ Malcolm Mifsud u tal-kunsilliera  sħabu.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Fondgħat-Titjib Urban tal-MEPA għen biex bejn l-2006 u l-2010 kienu investiti mas-seba’ miljun Ewro f’aktar minn 180   proġett lokali li
qed  jitgawdew mill-familjiMaltin u Għawdxin.
Il-finanzi disponibblitaħt il-UIF ġejjin minn ħlasijiet li l-iżviluppaturi huma obbligati li jħallsu bħala parti minn żvilupp partikolari li jkunu għamlu. Il-fond hu mmexxi b'mod trasparenti u effiċjenti u l-Kunsilli Lokali qed jibbenefikaw minnu sabiex itejbu l-livell ta' żvilupp sostenibbli fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Chris Said fakkar kiflejn tmiem Novembru li għadda kienu ffirmati 19-il-kuntratt differenti biex jitwettqu daqstant proġetti fi 12-il lokalita’ differenti. Bejniethom dawn se jiswew 1.5 miljun ewro u l-proġetti jinvolvu t-tisbiħ ta’ ġonna pubbliċi, il-ħolqien ta’ pajsaġġi ġodda, tisbiħ ta’ promenades eżistenti, xogħlijiet ta’ pavimentar u l-istallazzjoni ta’ sistemi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said semma wkoll l-istandard tal-playing fields imfassal mill-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) u li daħal fis-seħħ din is-sena. Hu qal li bħalissa uffiċjali tal-MSA qed iduru il-playing fields kollha fil-gżejjer Maltin biex jivverifikaw jekk dawn humiex konformi mal-istandard. Qed jinħarġu ċertifikati ta’ konformita’ lill-playing fields li huma skont l-istandard, filwaqt li jingħataw rakkomandazzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa b’tali mod li playing fields oħra jiġu konformi mal-istandard.
Minbarra l-playing fieldf’Tal-Pieta’, fl-2010 kienu inawgurati żewġ playing fields ġodda li huma konformi mal-istandard tal-playing fields – Ġnien John Borg f’Birkirkara u Ġnien il-Professur Ġuże’ Aquilina fil-Munxar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow