Inawgurat Gnien Gdid fi Qui Si Sana f’Tas-Sliema
pr2327
12/12/2010
| Dalgħodu l-Prim Ministru | Lawrence Gonzi inawgura ġnien ġdid fi Qui Si Sana ddedikat għal George Bonello Dupuis. Fid-diskors tal-okkażjoni l-Prim Ministru qal li l-politika hi mimlija b’għażliet li jridu jsiru kuljum. ‘Għamilna għażla li fi Qui Si Sana, nagħmlu post għat-tfal u l-familji. Għamilna post miftuħ, flok għamilna proġett fil-magħluq u l-għażla hi wkoll favur it-tfal u l-familji biex nagħtu aktar spazji ta’ mistrieħ u divertiment. Dawn huma postijiet fejn it-tfal jikbru, jiżviluppaw u jimirħu fl-avventura. B’iżjed spazji pubbliċi qed noħolqu ambjent fejn it-tfal u l-familji jiltaqgħu, jilagħbu u jikkomunikaw, b’hekk ukoll tinbena soċjeta’ b’saħħita. Qed nibdlu pajjiżna u qed intejbu l-prodott turistiku.’ |
| Hu | rringrazzja lir-residenti tal-inħawi u qal li llum qed igawdu proġett mill-isbaħ. Lawrence Gonzi sellem il-memorja ta’ George Bonello Dupuis, li għalih dan il-ġnien qed jissemma’, u qal li kien politiku tan-nies, qrib in-nies u dejjem baqa’ fosthom. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijeit Rurali | George Pullicino qal li llum qed inwettqu l-wegħda li nagħtu ‘Aktar spazji miftuħa ta’ kwalita’ lill-familji u t-tfal tagħna’. Hu qal li dan il-ġnien ikompli jibni ma’ dak li wettaqna fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta, fi Pjazza Sant’Anna ftit ‘il bogħod minn fejn qegħdin illum, fi Pjazza Sant’Ubaldeska f’Raħal Ġdid, fil-Park tas-Salini, f’Ta’ Qali u ma’ spazji ohra. Illum qed nroddu lura ġnien ġdid mifrux fuq 8,000 metru kwadru ta’ art, kważi d-doppju ta’ dak li kien hawn qabel. |
| Il-Ministru Pullicino żied jgħid li meta wieħed | jgħodd kollox f’daqqa, l-ispazju li nħoloq b’dawn l-inizjattivi fl-aħħar tlett snin jigi jlaħħaq mal-31,000 metru kwadru, jiġifieri daqs 6 grounds tal-football. |
| Dr | Johanna Gonzi Sindku ta’ Tas-Sliema fid-diskors tagħha rringrazzjat lil Gvern tal-proġetti li qed iwettaq kif ukoll ħabret li issa li l-ġnien u l-promenade fi Qui Si Sana huma lesti l-Kunsill Lokali ingħata l-fondi sabiex jagħti wiċċ ġdid lit-triq ta’ mal-promenade. |
| Ġnien | George Bonello Dupuis, inbena f’forma ta’ benniena biex jilqa’ għall-irjiħat li jaħkmu f’dawn l-inhawi. Taħt il-ġnien inbnew 3 ġibjuni kbar li għandhom kapaċita’ li jilqgħu fihom mal-1,000 metru kubu ta’ ilma kull wieħed. Dan sar sabiex l-ilma li jinġabar jintużża għat-tisqija tal-istess ġnien. L-infrastruttura tipika ta’ dan il-ġnien tikkonsisti minn numru ta’ xogħol li l-ħaddiema wettqu u li ma jidhrix. Il-ħaddiema għamlu pedamenti tal-konkos rinforzat taħt il-promenade f’tul ta’ madwar kilometru, skavar ta’ trinek għal diversi servizzi, bini ta’ 3 ġibjuni kif ukoll tqegħdu madwar 5 kilometri ta’ pajpijiet. |
| Il-ġnien | hu mgħammar ukoll bi play equipment ghat-tfal ta’ etajiet differenti kif ukoll b’outside gym equipment. F’dan il-ġnien ġdid ġew installati 3 funtani, kif ukoll ġiet restawrata gun post li kienet f’dan il-post fi żmien it-tieni gwerra dinija. L-investiment totali li sar fuq dan il-ġnien u l-promenade ta’ Qui Si Sana jlaħħaq iż-żewġ miljun ewro. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003