Left arrow Go Back

Stqarrija  bi twEgiba ghall-Istqarrija tal-Oppozizzjoni

pr2326
Date Icon 12/12/2010

L-Oppozizzjoni ghandha hafna x’tispjega.  Il-Gvern dejjem mexa bi trasparenza

Il-Gvern ma ghandu xejn x’jahbi udejjem mexa bi trasparenza, filwaqt li l-Oppozizzjoni ghandha hafna x’tispjega.
Waqt is-smiegh tal-Awditur Generaliquddiem il-Kumitat ghall-Kontijiet Pubblici rrizulta li l-Oppozizzjoni kellha “kuntatti tajbin” ma’ wahda mill-kumpanji li kienet qed tikkompeti ghall-estensjoni tal-Power Station.  L-Oppozizzjoni ghandha hafna x’tispjega dwar dan.
Il-Gvern dejjem mexa bi trasparenza usostna li ghandu jkun l-Awditur Generali li jidher quddiem il-Kumitat ghall-Kontijiet Pubblici ghaliex kien hu li ghamel ir-rapport.  L-Oppozizzjoni flok accettat li jidher l-Awditur Generali, ghamlet kampanja biex tipprova tiskreditah.
Ic-Chairman tal-Kumitat tal-KontijietPubblici ried li jiddeciedi hu wahdu minn jitla’ quddiem il-Kumitat.  Dan ma kienx accettabbli ghan-naha tal-Gvern, ghaliex kif jitmexxa l-Kumitat ghandu jigi deciz b’vot fil-Kumitat u mhux mic-Chairman wahdu.  L-iSpeaker tal-Parlament f’ruling li ta qal li ghandu jkun il-Kumitat  li jiddeciedi u mhux ic-Chairman wahdu.
L-Awditur Generali ghamelinvestigazzjoni li kienet mifruxa fuq 11-il xahar li minna rrizulta li l-allegazzjonijiet tal-Oppozizzjoni kienu biss duhhan.  L-Awditur Generali stess qal li l-unika mod kif l-Oppozizzjoni pruvat tissostanzja l-allegazzjonijiet li ghamlet kien billi taghtu xi cuttings minn gazzetti.
L-Oppozizzjoni kienet skomda lijidher l-Awditur Generali quddiem il-Kumitat ghaliex dan waqqa’ l-argumenti tal-Oppozizzjoni u qal li ma hemmx korruzzjoni.  Issa l-Oppozizzjoni qeghda f’sitwazzjoni fejn trid tispjega aktar dwar “il-kuntatti tajbin” li nghadd li hemm bejnha u bejn Bateman li kienet qed tikkompeti ghall-estensjoni tal-Power Station.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow