Left arrow Go Back

Presepju Esebit fil-Berga ta' Kastilja maghmul mill-Istudenti u l-Ghalliema tal-Kullegg San Injazju, Skola Sekondarja Subien, Hal Qormi

pr2325
Date Icon 12/12/2010
Il-presepju li dinis-sena qiegħed għall-wiri fil-Berġa ta’ Kastilja hu magħmul mill-istudenti u l-għalliema tal-Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja tas-Sibien Ħal Qormi.
Il-presepju ġieinawgurat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi l-bieraħ fil-għaxija, f’attivita’ li għaliha kienu preżenti studenti u għalliema minn dan il-Kulleġġ.  Il-Prim Ministru qal li dak li għamlu l-istudenti u l-għalliema biex jitgawda mill-pubbliku matul il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena juri l-ħila u l-kreattivita’ tal-istudenti f’dan il-Kulleġġ, li minn materjal riċiklat għamlu biċċa xogħol mill-isbaħ li se tkun apprezzata mhux biss mill-Maltin u l-Għawdxin li jżuru l-Berġa ta’ Kastilja iżda anki mit-turisti.  Hu qal li b’dak li għamlu l-istudenti qed iwasslu wkoll il-messaġġ dejjiemi tal-Milied.  Hu wera l-apprezzament tiegħu għall-għalliema, LSA’s, lecturers li għandhom f’idejhom l-iżvilupp ta’ uliedna fuq fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi.
Din hijar-raba’ sena li fil-Berga ta’ Kastilja qed tittieħed din l-inizjattiva.  Fl-2007 f’Kastilja kien esebit il-Presepju Naplitan ta’ Dun Edgar Vella. Fl-2008, il-Presepju ġie esebit presepju magħmul mis-Sorijiet tal-Klawsura tal-Monasteru ta’ Sant’ Ursola u s-sena li għaddiet kien esebit il-Presepju Malti tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M).
Il-Presepju ta’din is-sena hu f’forma ta’ walk through li jibda mill-entratura tal-Berga ta’ Kastilja. Il-Presepju hu maghmul minn personaġġi tipiċi mir-rakkont tan-Natività: rgħajja bin-nagħaġ tagħhom, it-Tliet Slaten Maġi, anġli u fuq nett il-Familja Mqaddsa. Dawn  il-personaġġi, jew aħjar pasturi, huma magħmulin minn materjal sempliċi u riciklat: vireg tal-ħadid u pjanċi tal-aluminju; iżda fl-istess ħin huwa materjal li jirrifletti ħafna għax ileqq.
Il-proċess li bih inbnewdawn il-figuri hu wieħed interessanti ħafna, u li jirrikjedi attenzjoni għad-dettall. L-ewwel sar disinn li minn fuqu jinħadem abbozz bil-pastellina fuq manikin żgħir tal-injam. Minn hawn ittieħdu l-linji bażiċi tal-figura partikolari li jitkabbru proporzjonalment fuq vireg tal-ħadid. Dawn jiġu maqtugħin u mgħawġin skont il-bżonn, u fl-aħħar jiġu wweldjati flimkien.
Minbarra l-presepju,il-pubbliku li jzur il-Berġa ta’ Kastilja f’dawn il-granet huwa mistieden jgħaddi minn esperjenza oħra: vjaġġ f’kamra mdallma li toffri l-ħsibijiet u ideat tal-istudenti u kif dawn, mil-lenti tagħhom, iħarsu lejn iż-żmien tal-Milied. Dawn iż-żgħażagħ kellhom iċ-ċans jimirħu bil-kreattività tagħhom, u fl-istess ħin ikollhom l-opportunità jwasslu messaġġ lil min iżur il-presepju biex japprezza aktar dak li huma jgħaddu minnu.
Il-PrimMinistru u s-Sinjura Gonzi, kienu zaru lill-istudenti tal-iskola sekondarja tas-subien waqt li kien qed isir ix-xoghol fuq il-presepju u l-produzzjoni awdjo-viżiva fil-25 ta’ Novembru 2010.
Il-Presepju serikun miftuh ghall-pubbliku bejn it-12 ta’ Dicembru 2010 u l-7 ta’ Jannar 2010 f’dawn il-hinijiet :
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa :mill-5.00pm sat-8.00pm
Is-Sibt u l-Ħadd :mid-9.00am sas-1.00pm u mill-4.00pm sat-8.00pm
It-Tnejn 13 ta’ Diċembru2010 mid-9.00am sat-1.00pm – mill-4.00pm sat-8.00pm
Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru2010 mid-9.00am sas-1.00pm
Is-Sibt 25 ta’ Diċembru2010 mid-9.00am sa 12.00pm
Is-Sibt  1  ta’ Jannar2010 mill-10.00am sa 12.00pm
Il-Presepju mhux serikun miftuħ għall-pubbliku fil-15, 20 u 22 ta’ Diċembru.
Ġie pubblikat ukollktejjeb dwar il-presepju li qed jitqassam lil min iżur il-Berġa ta’ Kastilja.

Min irid kopja tal-pubblikazzjoni jista’ jibgħat e mail fuq communications.opm@gov.mt bl-isem u l-indirizz u jirċievi kopja bil-posta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow