Left arrow Go Back

Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari ghat-Turizmu, l-Ambjent u l-Kultura

pr2323
Date Icon 11/12/2010

Rapport ikkummissjonat mill-Gvern dwar l-Ipproċessar ta' Applikazzjonijiet għall-ġbid ta' films f'żoni sensittivi.

Il-Gvernil-ġimgħa d-dieħla qed jistenna li jirċievi r-rapport dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-ġbid ta' films f'zoni sensittivi. Il-Gvern kien ikkummissjona lil Professur Kevin Aquilina u lil Dr. Simone Borg bħala esperti legali indipendenti fil-qasam tad-dritt Ambjentali  u tal-Ippjannar, sabiex jagħmlu dan ir-rapport wara l-inċident tad-Dwejra fejn kuntrattur mqabbad mill-applikant ma mexiex mal-kundizzjonijiet tal-permess maħrug mill-MEPA. Il-Gvern se jistenna r-rapport tal-Awditur tal-MEPA qabel jiddeċiedi x'tibdiel għandu jsir fil-mod kif jinħargu l-permessi għall-ġbid ta' films.
Il-MEPAmin-naħa tagħha qabdet ukoll esperti ndipendenti mmexxija minn Dr. Louis Cassar sabiex jaccertaw xi ħsara setgħet saret fid-Dwejra minn nuqqas tal-kuntrattur. Il-konklużjonijiet li ser jaslu għalihom dawn l-esperti indipendenti ser jiggwidaw lill-Gvern u lill-MEPA fl-azzjoni li tista’ jew għandha tittieħed kontra l-applikant jew il-kuntrattur, f'kaz li saret ħsara jew ksur ta' provedimenti tal-ligi.
Il-Gverngħalhekk ser ikollu tlett opinjonijiet ta' esperti indipendenti fuq dan il-każ; opinjoni esperta fuq il-proċess in generali, opinjoni tal-Awditur tal-MEPA u opinjoni esperta indipendenti fuq xi ħsara li segħtet saret fid-Dwejra mill-applikant wara li ma mexiex mal-kundizzjonijiet tal-permess maħruġ lilu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow