Left arrow Go Back

stqarrija miS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET

pr2312
Date Icon 10/12/2010
Rispons tajjeb għall-Att dwarin-Negozji Żgħar
Is-Segretarjat Parlamentari għalNegozji Żgħar u Artijiet huwa sodisfatt bir-riżultat tal-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika marbut mal-Att dwar in-Negozji Żgħar.  Dan il-perjodu kien imniedi mis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi f’Ottubru li għadda u kien miftuħ għal sitt ġimgħat.
Is-Segretarju Parlamentari JasonAzzopardi qal li f’dan iż-żmien il-Gvern irċieva rispons tajjeb f’kummenti u suġġerimenti dwar il-White Paper li ġiet ippublikata għall-konsultazzjoni.  Dan jixhed li dan l-Att intlaqa’ tajjeb minn dawk kollha involuti fis-settur u li jixtiequh ikompli jissaħħaħ.
Għalhekk is-Segretarjat Parlamentarigħal Negozji Żgħar u Artijiet jixtieq ifaħħar filwaqt li jirringrazzja lil dawn l-entitajiet li ġejjin li tassew wrew id-dedikazzjoni f’xogħolhom u għall-intrapriża ta’ pajjiżna.  Kull waħda minn dawn laqgħet l-istedina tal-Gvern, u kkontribwiet b’mod siewi, f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni.  Hekk biss nistgħu niggarantixxu li jkollna liġi li twieġeb għar-realtajiet u l-bżonnijiet tal-lum.
Il-Kamra Maltija tal-Kummerċ,l-Intrapriża u l-Industrija,

Il-Malta Enterprise,

Id-Dwana,

Id-Dipartiment tal-VAT,

Il-Malta Business Bureu,

L-Awtorita Maltija għas-ServizziFinanzjarji,
Il-Ministeru tas-Saħħa, Edukazzjoni uKura fil-Komunita,
Il-Ministeru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni,
L-Awtorita Maltijagħall-Komunikazzjoni,

Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa,

Il-Moviment Koperattiv,

Is-Segretarjat għall-ImprendituriŻgħar u Medji fi ħdan il-PN,
L-Enterprise Policy Directorate fiħdan il-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment,

Gozo Business Chamber,

L-Assoċjazzjoni għan-Negozju f’Ħaż Żebbuġ u

L-GRTU.

Is-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet ma jistax ma jinnutax iżda, in-nuqqas ta’ kontribut tal-Oppożizzjoni.  Wara bosta interventi fil-Parlament mill-kelliema għall-qasam, il-Gvern kien qed jistenna li l-Oppożizzjoni tagħmel il-kontribut tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow