STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr2311
09/12/2010
| Joe Mizzi kien jaf u kien qabel | maż-żieda fl-Onorarja – wara li kien infurmat Deputati Laburisti bdew jistaqsu meta se jircievu ż-żieda |
| Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija | u l-Investiment itenni li l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi kien jaf u qabel maż-żieda fl-Onorarja. Din il-materja kienet diskussa f’Lulju li għadda waqt laqgħa li saret bejn l-Onor Joe Mizzi u l-Ministru Tonio Fenech. |
| Wara din il-laqgħa diversi Deputati | Laburisti bdew jistaqsu meta se jirċievu ż-żieda. |
| L-Oppożizzjoni Laburista bl-aktar mod | diżonest qed tgħawweġ il-fatti. Dan juri l-opportuniżmu politiku tal-Oppożizzjoni Laburista. |
| Fil-laqgħa li saret dwar iż-żieda | fl-Onorarja, l-Onor. Joe Mizzi qajjem ukoll l-issue tal-envelopes u l-posta b’xejn għad-Deputati. Hu talab li d-Deputati jibqgħu ntitolati għall-envelopes b’xejn u li l-posta tibqa’ titħallas mill-Parlament. |
| L-Oppożizzjoni Laburista kienet taf | biż-żieda fl-onorarja u qablet magħha. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003