Left arrow Go Back

Tingħata l-ewwel kisja tarmak matul it-triq tax-Xlendi

pr2308
Date Icon 09/12/2010
Ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tat-triq limill-Fontana tagħti għax-Xlendi, għaddejjin b’ritmu tajjeb u matul il-ġimgħa li għaddiet kompliet tingħata l-ewwel kisja tarmak. Ix-xogħol fuq din it-triq ilu għaddej mill-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju ta’ din is-sena u kien jinkludi xogħol strutturali intensiv li fforma l-bażi ta’ dawk li se jkunu s-servizzi ġodda marbuta ma’ dan il-proġett.
Il-binimill-ġdid ta’ din it-triq jifforma parti minn proġett akbar li jinkorpora wkoll il-bini tat-triq li tagħti għas-Santwarju ta’ Pinu. Dan il-proġett huwa stmat li se jiswa €9.5 miljun u se jkun ifisser il-bini mill-ġdid ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq bis-saħħa ta’ ko-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għal perjodu 2007 – 2013. Dan bil-għan li jiġu mtejba l-kwalità tat-toroq u l-aċċessibilità lejn dawn iż-żewġ attrazzjonijiet turistiċi ewlenin f’Għawdex, għall-benefiċċju kemm tar-residenti Għawdxin kif ukoll tat-turisti li jżuru l-gżira ta’ Għawdex.
Ix-xogħlijiet li saru s’issa jinkludu skavar ul-bini mill-ġdid tat-triq, bini ta’ ħitan tas-sejjieħ, stallazzjonijiet ġodda tas-servizzi tad-drenaġġ, kif ukoll xogħol ieħor marbut mal-immaniġġar tal-ilma tax-xita li jinżel b’volum qawwi minħabba l-pożizzjoni strateġika tat-triq. Ix-xogħlijiet ħadu ħsieb ukoll li tiġi msaħħa l-infrastruttura fis-sistema tal-elettriku u minħabba f’hekk qed jiġi  mtejjeb b’mod konsiderevoli dan is-servizz għar-residenzi u stabbilimenti oħra fix-Xlendi.
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debonospjegat kif il-Ministeru għal Għawdex ħa u għadu qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati r-rotot alternattivi kemm fit-triq tax-Xlendi kif ukoll fuq dik Ta’ Pinu. Dan filwaqt li jitnaqqsu l-inkonvenjenzi għall-pubbliku ġenerali speċjalment ir-residenti fl-inħawi.
Kompliettispjega kif dan huwa biss wieħed mill-proġetti li se jkunu qed jitwettqu f’Għawdex bis-saħħa ta’ ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Proġetti oħra li qed jitwettqu jinkludu ristrutturar intensiv fi Ġnien Villa Rundle,  twaqqif ta’ taqsima tar-Radjoloġija u t-tieni sala tal-Operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex flimkien ma’ ristrutturar u tisbiħ ġenerali fl-inħawi taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr, Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow