AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mir-Rapid Alert System for Food and Feed, bħala prekawzjoni, il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandhux jiġi użat bħala ikel jew supplement għall-ikel, minħabba l-preżenza ta’ sustanzi mhux awtorizzati fl-ikel jew supplement għall-ikel.
Isem tal-prodott: | Animal Stak 2 |
Ditta: | Universal Nutrition |
Tip ta’ Maħfen / Piż: | Kontenitur ta’ 21 pakkett |
Data ta’ Durabilita’ Minima | 06.05.2012 |
Numru tal-Lott | 168195E |
Oriġini: | Stati Uniti tal-Amerika |

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sat- 3:00 ta’ wara nofsinhar.
Il-Kummerċjanti huma mfakkra li biex jitpoġġew supplementi għall-ikel fis-suq, dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità Maltija dwar l-iStandards, hekk kif mitlub b’Att Legali 239 tal-2003 (URL : http://www.health.gov.mt/dph/phshome11.htm). Il-Kummerċjanti huma mfakkra wkoll illi kull importazzjoni tal-ikel u xorb trid tiġi nnotifikata lill-uffiċċju tal-Port Health Services li jinstab f’numru 2, Telgħa tal-Kurċifiss, Floriana Tel : 21220003.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003