Diskors mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-edukazzjoni, xogħol u l-familja, waqt il-Ftuħ ta’ Child Care Centre – Il-Merill – Pembroke – il-Ħamis 9 ta’ Diċembru 2010
pr2301
09/12/2010
| L-edukazzjoni bikrija hi meqjusa bħala waħda | mill-aktar fażijiet importanti u kruċjali fl-iżvilupp tal-bniedem. Aktar ma’ t-tfal jibdew il-mixja edukattiva tagħhom minn età ċkejkna, f’ambjent ta’ ħarsien u kura, aktar se ngħinuhom fit-triq tal-ħajja tagħhom. |
| Il-Gvern | jemmen li t-tfal tagħna jixirqilhom investiment qawwi f’dan il-qasam, u hu propju għalhekk li fl-aħħar snin sar investiment sostanzjali biex ikollna ċentri għall-kura u l-ħarsien tat-tfal li jkunu aċċessibbli u affordabbli. Biex dan seħħ kellna bżonn ta’ investiment f’ċentri li jkunu adegwati u li jkollhom ir-riżorzi meħtieġa, biex kull tifel u tifla jkollhom l-opportunità li jidħlu f’xi wieħed minn dawn iċ-ċentri. |
| L-iskop | wara dan kollu hu li noffru servizz personalizzat ta’ kwalità għolja lit-tfal kollha, b’enfażi partikolari għal dawk it-tfal li għal xi raġuni jew oħra jeħtieġu attenzjoni speċjali minħabba sitwazzjoni vulnerabbli li tpoġġihom f’riskju. |
| Din | is-sena, ftaħna numru ta’ ċentri fl-iskejjel tagħna u f’postijiet oħra. Twaqqfet ic-Child Care Unit fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Anke jekk s’issa għad m’għandniex leġislazzjoni meħtieġa, għandna standards ta’ livell tajjeb ħafna. |
| Wara li | din is-sena li se tintemm ftit jiem oħra, ftaħna uffiċjalment ċentri f’Bormla u fis-Siġġiewi, illum qegħdin hawn, f’Pembroke biex niftħu ċentru ieħor “Il-Merill”. |
| Sadattant, ċentri privati ngħataw għajnuna minn | fondi nazzjonali u minn fondi Ewropej biex ikunu jistgħu jsaħħu l-operat tagħhom. Barra minn hekk, hemm ukoll numru ta’ ċentri mmexxija mill-Knisja u mill-organizzazzjonijiet volontarji li qed jagħmlu ferm ġid għal pajjiżna f’dan il-qasam hekk kruċjali għat-trobbija tat-tfal tagħna. |
| Permezz | taż-żieda fil-vot li jħares lejn l-investiment taċ-Child Care Centres imħabbar fl-aħħar Baġit, is-sena li ġejja aħna kommessi li niftħu ċentri oħra, din id-darba fil-Furjana u Santa Venera. Se nkomplu ninvestu f’dan is-settur biex inkunu nistgħu niftħu aktar ċentri madwar Malta u Għawdex. |
| L-investiment fiċ-ċentri taċ-Child Care | iservi skop doppju. Filwaqt li qed noffru ħarsien u programm edukattiv li jgħin lit-tfal fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom, qed ngħinu wkoll lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jieħdu sehem attiv fid-dinja tax-xogħol, u permezz ta’ hekk ikun aktar faċli għall-familja biex issib bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari. |
| Tajjeb | li nfakkar li fl-aħħar erba’ Baġits ittieħdu numru ta’ miżuri li kienu mmirati proprju biex jilħqu dan l-iskop. Tajna tnaqqis, sa’ massimu ta’ €1,000, mid-dħul taxxabbli għall-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’childcare centres reġistrati; |
| Introduċejna miżura li permezz tagħha, l-ispejjeż | relatati maċ-childcare li jsiru minn min iħaddem fir-rigward tal-impjegati tiegħu jiġu mnaqqsa mid-dħul taxxabbli ta’ dak l-employer; |
| Daħħalna | wkoll li kull ħlas għal childcare li jsir minn min iħaddem lill-impjegati ma jibqax jiġi kkunsidrat bħala fringe benefit u għaldaqstant ma jkunx taxxabbli. |
| Flimkien | ma’ dawn il-miżuri, kienet ukoll iddaħħlet il-possibbilità li childcare centre reġistrat jista’ japplika biex ikun meqjus bħala educational establishment mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u allura dak is-servizz ikun eżentat mill-ħlas tal-VAT. |
| Fil-Baġit ta’ sentejn ilu daħħalna miżura oħra ta’ | tnaqqis fit-taxxa lill-ġenituri li għandhom lill-uliedhom jattendu kindergartens privati fejn ingħatalhom massimu ta’ €1,000 fis-sena. Fl-aħħar Baġit din ġiet estiża wkoll għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fiċ-childcare centres u kindergarten centres fis-sajf ukoll. |
| Kif | wieħed jista’ jara madwaru, iċ-Ċentri tagħna huma mgħammra bl-aħjar faċilitajiet li jgħinu lit-tfal jitgħallmu waqt li jkunu ndukrati minn professjonisti mħarrġa apposta. Irrid nagħmilha ċara li filwaqt li wieħed mill-iskopijiet ta’ dawn iċ-ċentri, hu kif għidt, li ngħinu lin-nisa jidħlu lura fi-dinja tax-xogħol, dawn iċ-ċentri m’għandhomx iservi ta’ Baby Sitting Centres, fejn il-ġenituri jpoġġu ‘l uliedhom żgħar għax hemm min jeħdilhom ħsiebhom. |
| Il-ġenituri jibqalhom id-dmir u l-obbligu li jkunu | huma l-ewwel edukaturi ta’ uliedhom. L-Istat bl-istrutturi tiegħu qiegħed hemm biex jappoġġja l-ħidma tal-ġenituri biex ilkoll flimkien nassiguraw li t-tfal tagħna jkollhom tfulija ferriħija li matulha jagħmlu l-ewwel passi lejn bini ta’ karattru sod u lejn edukazzjoni li tiggarantilhom futur mill-isbaħ. |
| Nixtieq | nieħu din l-okkażżjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex tawna dan iċ-Ċentru mill-isbaħ kif ukoll lil dawk li se jmexxuh. |
| Hu | l-pjaċir tiegħi għalhekk, li niddikjara uffiċjalment miftuħ dan iċ-Ċentru għall-Kura tat-Tfal – Il-Merill. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003