Left arrow Go Back

CHRIS SAID B’RIKONOXXIMENT INTERNAZZJONALI GĦALL-ĦIDMA FAVUR LOKALITAJIET SOSTENIBBLI

pr2300
Date Icon 09/12/2010
Il-ħidmatas-Segretarju Parlamentari Chris Said favur lokalitajiet sostenibbli ngħatat rikonoxximent internazzjonali hekk kif irċieva l-Premju għall-Ambjent Gianfranco Merli mogħti mill-Movimento Azzurro Associazione Ambientalista. Il-Premju ngħatalu waqt ċerimonja li saret f’Montecitorio, fil-bini tal-Parlament Taljan, f’Ruma.
Il-motivazzjoni għall-għoti ta’ dan il-premjuinternazzjonali lis-Segretarju Parlamentari Chris Said tgħid hekk:
“għall-ħidma leġislattiva favur inizjattiviinnovattivi u skemi favur żvilupp sostenibbli fit-territorju ta’ Malta u Għawdex, kif dokumentat mill-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u biex dawn il-mudelli jittieħdu bħala eżempju fiz-zona Ewro-Mediterranja sabiex jinbena futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.”
F’kelmtejn għall-okkażjoni, is-SegretarjuParlamentari Chris Said spjega l-ħidma tal-Gvern Malti favur lokalitajiet sostenibbli fl-oqsma ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Hu qal li Malta u Għawdex għandhom realta’ għal kollox differenti minn pajjiżi Ewropej oħra minħabba ċ-ċokon u l-insularita’. F’dan il-kuntest il-Gvern Malti qed joffri l-finanzjament, l-għajnuna u l-għodda kollha neċessarja lill-Kunsilli Lokali u lill-NGOs biex jutilizzaw bl-aħjar mod il-programmi ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropea.
ChrisSaid qal li l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond għall-Iżvilupp Rurali, fost l-oħrajn, qed jagħtu ċ-ċans li jsir żvilupp sostenibbli b’mod ħolistiku. Il-Kunsilli Lokali jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva; kumpaniji qed ikunu megħjuna jinvestu f’teknoloġija li tagħmel anqas ħsara lill-ambjent; filwaqt li għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u proċessuri qed jingħataw għajnuna sostanzjali biex itejbu l-metodi tal-produzzjoni tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow