Left arrow Go Back

Delegazzjoni Parlamentari tattendi Konferenza organizzata mill-Gvern Belgjan

pr2295
Date Icon 07/12/2010

Delegazzjoni Parlamentari magħmula mid-Deputati l-Onor Philip Mifsud u l-Onor Charles Buhagiar attendew għal Konferenza organizzata mill-Gvern Belġjan bħala parti mill-attivitajiet tal-Presidenza Belġjana tal-Unjoni Ewropea bit-tema tal-Iżvilupp fit-Transport sabiex tissaħħaħ l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea.

Il-Konferenza kienet maqsuma f’żewġ sessjonijiet.  Fl-ewwel sessjoni saret diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-infrasruttura għall-mezzi differenti tat-trasport.  Din il-parti tal-Konferenza ġiet miftuħa mill-Viċi President tal-Kummisjoni Ewropea responsabbli mit-trasport, Slim Kallas.  Wara saret prezentazzjoni teknika minn Griet De Ceuster, Direttur tat-Trasport f’Leuven.

Fit-tieni sessjoni ġiet trattata l-komunikazzjonielettronika u saru diskorsi minn Herve Jacquemin dwar il-protezzjoni tal-konsumatur skond il-liġi Ewropea u diskors ieħor minn Merijin Schik dwar l-użu tal-media elettronika.
Matuldin il-Konferenza ġie enfasizzat il-bżonn tal-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport b’mod partikolari fil-Mediterran fejn hemm il-ħtieġa li l-portijiet prinċipali jkunu mqabbdin mat-toroq arterjali tal-Ewropa (TENT) biex b’hekk jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija.  Ġie nnutat ukoll li l-pożizzjoni ta’ Malta bħala gżira hi unika għax it-trasport mal-bqija tal-Ewropa jiddependi fuq l-infrastruttura tal-portijiet u tal-ajruporti ta’ pajjiżi oħra.  Sar ukoll aċċenn għall-bżonn ta’ aktar investiment fl-infrastruttura tat-trasport tal-pajjiżi ġodda.
Il-Konferenza ntemmet b’diskors ta’ ringrazzjmaentminn Maggie De Block li hi l-President tal-Kumitat dwar l-Infrastruttura u Trasport tal-Gvern Belġjan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow