Laqgha tal-Kunsill tal-EPSCO - 7 ta’ Dicembru 2010, Brussels
pr2292
07/12/2010
| Il-Ministru tas-Sahha, | l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Dr Joe Cassar, ippartecipa fil-Laqgha tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ghax-Xoghol, Politika Socjali, Sahha u Drittijiet tal-Konsumaturi (EPSCO) fi Brussels, illum is-7 ta’ Dicembru 2010. |
| Il-Kunsill iddiskuta | diversi temi ta’ importanza kbira. |
| Intlahaq ftehim politiku | fuq in-natura ta’ bidliet ghar-regolamentazzjoni kurrenti fil-provediment ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi. |
| Il-Ministri | qasmu l-esperjenzi taghhom fir-rigward tal-pandemija tal-H1N1. Il-Ministru Cassar appogga l-proposta ta’ strategija ta’ xiri u distribuzzjoni ta’ vaccin u medicini kontra mard pandemiku fuq livell Ewropew, u dan sabiex ikun assigurat it-tqassim xieraq skond il-bzonnijiet reali u kurrenti tal-popolazzjoni. Din l-istrategija tahseb biex ma jkunx hemm stock zejjed u titnaqqas il-hela fl-Unjoni Ewropea fil-waqt li l-Istati Membri jakkwistaw il-medicini bi prezzijiet irhas. |
| Il-Ministri | ddiskutew ukoll ir-rapport li pproduca il-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Kummissjoni Ewropea ghas-Sistemi tas-Sahha fl-Ewropa. |
| Malta | sahqet fuq il-bzonn li s-sistemi tas-sahha Ewropej ikunu accessibli ghall-kura ta’ kwalita’ universali u jassiguraw tqassim gust u solidarjeta’, minghajr ma’ jiddiskriminaw l-origini socjo-ekonomiku jew geografiku, u dan fil-waqt li jkomplu joholqu sistemi ta’ sahha sostenibbli ghall-futur. |
| Il-Ministri tas-Sahha | addottaw il-konkluzjonijiet tal-Kunsill ghall-futur tal-haddiema fi hdan is-servizzi tas-Sahha Ewropej, metodi innovattivi tal-mod li bieh jigi ffaccjat mard kroniku u nnovazzjonijiet, kif ukoll solidarjeta’ fis-settur farmacewtiku. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003