DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-EMPLOYEE SUPPORT PROGRAMME FI ĦDAN L-UFFIĊĊJU TAR-RIŻORSI UMANI FL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA, FIĊ-ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, IL-BELT VALLETTA
pr2286
07/12/2010
| Segretarju Permanenti | Ewlieni, Mistednin Distinti, Sinjuri, |
| Dan li qed nagħmlu | llum huwa ħolqa oħra f’katina ta inizjattivi marbutin ma’ xulxin. |
| Huwa konferma ta’ | kemm il-Gvern qiegħed ipoġġi l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika u tal-ħidma tiegħu. Dan nagħmluh għax nemmnu fil-potenzjal ta’ kull Malti u Maltija. Potenzjal li rridu nkomplu nikkultivawh permezz tal-investiment tagħna fir-riżorsa umana kemm fl-edukazzjoni u kemm fis-servizzi anċillari oħra li jkomplu jsaħħu dan il-potenzjal. |
| Għalhekk huwa ta’ | pjaċir li nkun hawn magħkom dalgħodu għat-tnedija ta’ dan il-proġett. Proġett li jiffoka b’mod speċjali fuq is-saħħa olistika tal-ħaddiem tal-Gvern. Huwa ħolqa oħra fl-investiment li qed inwettqu fl-Amministrazzjoni Pubblika. Ġimgħatejn ilu kelli l-opportunità li ninawgura ċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ – ċentru li se jilqa’ eluf ta’ ħaddiema biex jitħarrġu. |
| L-Employee Support | Programme li qed inniedu llum jikkumplimenta dan l-investiment fit-taħriġ. Biex ħaddiem jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu, it-taħriġ waħdu mhux biżżejjed. Ħaddiem irid ikollu wkoll struttura ta’ appoġġ għal meta jiffaċċja xi diffikultà. |
| Is-servizz li qegħdin | inniedu llum huwa mmirat biex dawk il-ħaddiema li jsibu ruħhom f’xi diffikultà minħabba xi ċirkustanza partikulari li jkunu għaddejjin jew li għaddew minnha, ikunu jistgħu jsibu l-appoġġ ta’ professjonisti li jgħinuhom jerġgħu jagħtu tifsira olistika lill-ħajjithom. Id-dinja u l-ħajja mgħaġġla toffrilna ħafna sfidi minn mewt ta’ xi qarib jew burnout sforz il-pressjoni li jistgħu jaffettwaw is-saħħa mentali u emozzjonali tagħna. |
| Li persuna tfittex l-għajnuna | f’dak il-mument partikulari qatt m’għandu jitqies bħala sinjal ta’ dgħjufija. Għal kuntrarju, huwa sinjal ta’ maturità, ta’ rieda u ta’ determinazzjoni. |
| Tul is-snin, | investejna f’servizzi soċjali u ta’ sostenn li jagħmluna kburin b’dak li għandna bħala poplu. B’servizz ta’ edukazzjoni u saħħa li huma offruti lil kull individwu bla ħlas kif ukoll benefiċċji soċjali bħal children’s allowance, għajnuna lir-romol, għajnuna lil persuni b’diżabilità fl-edukazzjoni u fix-xogħol, u tant forom oħra ta’ għajnuna nistgħu ngħidu li verament għandna qafas soċjali b’saħħtu. |
| Dan is-servizz ta’ | appoġġ li qed inniedu llum, għandu jiġi kumplimentat b’inizjattivi oħra minn min iħaddem. |
| Bħala l-akbar | organizzazzjoni ta’ min iħaddem, l-Amministrazzjoni Pubblika diġà tipprovdi miżuri favur il-familja u miżuri li jassiguraw bilanċ xieraq bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja. Aħna nibqghu ambizzjużi u rridu nagħtu dejjem aktar. Nibqgħu naspiraw – li nkunu ta’ mudell għal azjendi oħra, għal ħaddiema oħra li lkoll jaraw l-Amministrazzjoni Pubblika bħala mudell avvanzat ta’ intrapriża ħajja u dinamika. |
Sinjuri,
| Biex inkomplu | ninvestu fl-ekonomija ta’ pajjiżna u biex ikollna ekonomija b’saħħitha jrid ikollna Amministrazzjoni Pubblika b’saħħitha. Irid ikollna ħaddiema mħarrġa kif ukoll ħaddiema b’saħħithom. Hekk biss jista’ jkollna Amministrazzjoni Pubblika li tiffunzjona u li tkun effettiva u effiċjenti. |
| Nemmnu fil-potenzjal | tal-ħaddiema tagħna u għalhekk il-Gvern qiegħed jinvesti mhux biss fil-ħiliet tagħhom permezz tat-taħriġ imma wisq aktar f’saħħithom permezz ta’ dan il-programm. Dan il-Programm jista’ għalhekk jitqies bħala inizjattiva oħra għaqlija biex il-Gvern ikompli jtejjeb l-Amministrazzjoni Pubblika. |
| Huwa ta’ sodisfazzjon | għalija li fi żmien ħmistax ftaħna ċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ u dan il-programm flimkien ma’ skola ġdida f’Għawdex. Dawn l-inizjattivi kollha huma xhieda ta’ kemm dan il-Gvern qiegħed ipoġġi l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika u tal-ħidma tiegħu. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003