Ċumbini fi Brussell: Parteċipazzjoni mill-Ambaxxata ta' Malta fil-Belġju fl-Wirja Kulturali ta' Oġġetti ta’ Artiġjanat
pr2284
06/12/2010
| Malta ħadet sehem fl-aħħar | avveniment kulturali organizzat mill-"Cercles des Ambassadrices" fil-Belġju, li saret fit-3 ta' Diċembru 2010, fl-Ambaxxata Amerikana fi Brussell. Dan iċ-ċirku diplomatiku twaqqaf bl-għan li jiffaċilita u jkattar ir-relazzjonijiet fost il-membri tal-komunità diplomatika fil-Belġju. |
| Il-wirja kienet | opportunità għall-pajjiżi parteċipanti biex juru oġġetti tal-artiġjanat mhux tas-soltu u Malta esebit trajbu biċ-ċumbini, li fuqhom tinħadem bizzilla Maltija. Dan it-trajbu ġie misluf mill-kollezzjoni privata tas-Sinjura Mary Agius, Għawdex. |
| Matul ir-riċeviment | tal-inawgurazzjoni tal-wirja, kull pajjiż ikkontribwixxa permezz ta’ ikel u xorb, u l-mistednin setgħu għalhekk igawdu mill-galletti ta’ Malta, tadam imqadded, ġbejniet, u nbid Malti. |
| Il-parteċipazzjoni ta' | Malta f’din l-esibizzjoni kienet ikkoordinata mill-Kunsillier u l-Konslu Ġenerali tal-Ambaxxata fi Brussel, is-Sinjura Annabelle Shawish Mifsud. |


Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003