STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
pr2282
06/12/2010
| L-Oppożizzjoni | kontra li l-Kunsilli Lokali jingħataw aktar għajnuna finanzjarja |
| Il-kelliema | tal-Oppożizzjoni dwar id-Djar u l-Kunsilli Lokali ma fehmux sew iż-żewġ skemi mħabbra mill-Awtorità tad-Djar il-ġimgħa li għaddiet u li huma maħsuba li jtejbu l-ambjent fiżiku u dak soċjali ta’ fejn jeżistu oqsma tad-djar tal-Gvern. Dan billi qed tiġi offruta għajnuna finanzjarja sostanzjali għat-titjib tal-partijiet komuni fl-oqsma tad-djar, għar-riġenerazzjoni tal-ambjent fiżiku tal-madwar, u għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet edukattivi għall-familji li jgħixu fl-istess oqsma tad-djar. |
| Għal dawn iż-żewġ | skemi il-Kunsilli Lokali se jkunu qed jirċievu fondi addizzjonali biex jagħtu servizz aqwa lill-familji fl-oqsma tad-djar. Bejniethom l-iskemi jinvolvu 10 miljun ewro fuq sitt snin – fondi li l-Kunsilli Lokali se jkunu qed jirċievu jekk jieħdu sehem f’dawn l-iskemi u li l-Oppożizzjoni trid ittellifhom. |
| L-iskemi se jitwettqu | bil-koperazzjoni sħiħa tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk l-iskemi huma fuq bażi volontarja u mhux se jsiru b’impożizzjoni. Fi kliem ieħor il-Kunsilli Lokali jagħżlu huma jekk japplikawx għal dawn l-iskemi. |
| Il-Gvern iħeġġeġ | lill-Kunsilli Lokali japplikaw għall-fondi taħt dawn l-iskemi għaliex jemmen li jistgħu jagħmlu d-differenza u jistgħu joffru servizz tajjeb lir-residenti tagħhom. |
| Tajjeb jingħad li l-Awtorità | tad-Djar ilha minn Settembru tiltaqa’ mas-Sindki jew rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet fejn hemm il-binjiet tal-Gvern. F’dawn il-laqgħat kienu diskussi l-iskemi u kif il-Kunsilli jistgħu jaħdmu id f’id mal-Awtorità għall-ġid ta’ dawn ir-residenti. L-għan ta’ dawn il-laqgħat kien li l-Awtorità tisma l-ilmenti, is-suġġerimenti u l-ideat ta’ l-istess Kunsilli u fil-fatt l-iskemi huma mibnija fuq l-ideat u s-suġġerimenti ta’ l-istess Kunsilli li min-naħa tagħhom kellhom rispons pożittiv ħafna għall-inizjattiva. |
| L-Awtorità, flimkien | mal-Kunsilli Lokali, qed tniedi dawn l-iskemi biex isir żvilupp fl-oqsma residenzjali tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. L-iskop ewlieni hu li nindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tar-residenti b’mod aktar ħolistiku billi jkollna proġetti li jħarsu mhux biss lejn żvilupp fiżiku iżda jkunu jinkludu wkoll programmi edukattivi u soċjali biex insaħħu l-inklużjoni soċjali u ntejbu l-kwalità ta’ ħajja tar-residenti. |
| B’kuntrast l-Oppożizzjoni | ma fehmitx kif se jitħaddmu l-iskemi. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003