l-iskema pharmacy of your choice (poyc) f’birkirkara
pr2277
06/12/2010
| Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek | (POYC) jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqgħodu Birkirkara u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-ġimgħat li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dan il-lokal. |
| Għaldaqstant, il-pazjenti li joqgħodu f’dawn | il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara, huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-Iskema. Id-dokumenti jinkludu: |
| 1. Il-Kartuna | s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati (skont kif japplika) |
| 2. Il-Permess | li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (MEU) |
| Id-data | tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard. Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lil pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tistax tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib. |
| Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa | ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003