STQARRIJA TAL-MINISTERU tal-Edukazzjoni, Xoghol u Familja
pr2263
03/12/2010
| L-oppożizzjoni trid pensjonijiet staġnati – qed tkun | irresponsabbli lejn iż-żgħażagħ u l-ħaddiema. Qed tgħid li ma ndunatx bid-diskussjoni dwar ir-riforma li saret 5 snin ilu |
| L-oppożizzjoni | laburista ma tridx li ż-żgħażagħ u l-ħaddiema li għandhom anqas minn 48 sena jkollhom pensjoni adekwata għall-ħtiġiet tagħhom meta jirtiraw. |
| Fl-istqarrija tagħha li ħarġet illum, | l-Oppożizzjoni reġgħet uriet li trid li l-ammont tal-pensjoni ta’ din il-kategorija tibqa’ staġnata u l-pensjoni tagħhom ma tiżdiedx. Din hi irresponsabbilita’ grassa min-naħa tal-oppożizzjoni lejn iż-żgħażagħ u l-ħaddiema. |
| L-oppożizzjoni għal darb’oħra qed | turi li ma tridx liż-żgħażagħ u l-ħaddiema jkollhom pensjoni tajba meta jirtiraw. Trid li l-ammont ta’ pensjoni għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema li se jirtiraw mill-anqas 16-il sena oħra jew wara, ikun l-istess daqs l-ammont ta’ pensjoni li jieħdu l-pensjonanti llum. L-ammont ta’ pensjoni ta’ llum ma jkunx biżżejjed għal min se jirtira 16-il sena oħra u għalhekk 5 snin ilu kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-pensjoni ta’ min għandu 48 sena jew anqas għandha tiżdied. |
| L-oppożizzjoni la kienet kapaċi | tagħraf u lanqas hi kapaċi tirrealizza li biex il-ġejjieni taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema ikun aħjar trid tanalizza l-isfidi, tindirizzahom u tieħu azzjoni. Dan hu li għamel il-Gvern 5 snin ilu meta għamel eżerċizzju wiesgħa ta’ konsultazzjoni dwar l-ewwel fażi tar-riforma fil-pensjonijiet. Dakinhar kienu saru laqgħat mal-unions tal-ħaddiema, mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u mas-soċjeta’ civili. L-oppożizzjoni laburista għażlet li tkun assenti minn dak il-proċess ta’ konsultazzjoni għaliex għaliha l-futur taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema hu irrelevanti. L-aġenda tal-oppożizzjoni kienet li tipprova tfixkel u mhux li tagħti kontribut. |
| Ir-riforma tal-pensjonijiet daħlet | f’pajjiżna wara proċess ta’ konsultazzjoni. Kien eżerċizzju trasparenti li ħa xhur sħaħ ta’ diskussjoni u għexieren ta’ laqgħat ma’ stakeholders differenti. Id-deċiżjonijiet huma kollha pubbliċi. Saret ukoll diskussjoni fil-Parlament. B’mod mill-aktar diżonest l-oppożizzjoni qed tgħid li dawn kienu moħbija, meta fil-fatt dawn ġew diskussi fil-Parlament b’interventi li saru wkoll minn kelliema tal-Oppożizzjoni. |
| L-ewwel fazi tar-riforma | tal-pensjonijiet kienet tipprovdi wkoll biex sa tmiem din is-sena jitlesta rapport ta’ aġġornament minn working group indipendenti dwar il-pensjonijiet. Sa tmiem din is-sena dan ir-rapport ikun tlesta. Filwaqt li l-Gvern qiegħed fit-tieni fażi, l-oppożizzjoni għadha lanqas irrealizzat bil-proċess li sar 5 snin ilu tar-riforma fil-pensjonijiet. |
| Filwaqt li sa llum l-ogħla dħul li | fuqu titħallas il-bolla biex tiġi kkalkula l-pensjoni hu ta’ €17,175.60; għal dawk li twieldu wara l-1962 din se jiżdied għal €18,400 biex meta jirtiraw jieħdu pensjoni ogħla milli tingħata llum. Fuq id-differenza titħallas 10% sa massimu ta’ €122.50 fis-sena li tmur għaż-żieda fil-pensjoni. Għall-persuni li għandhom dħul anqas minn €18,400, l-ammont li jitħallas ikun anqas. |
| Bir-riforma li qed issir, f’kas ta’ | mewt, il-persuna li tibqa’ ħajja, tibda tgawdi minn pensjoni massima b’mod immedjat. L-oppożizzjoni qed teħodha kontra ż-żidiet fil-pensjonijiet tar-romol ukoll. |
| Fl-istqarrija tagħha l-oppożizzjoni | għamlet ukoll żbalji ovvji dwar il-pensjonijiet. Mhux veru li bir-riforma “l-pensjoni taghhom tigi kkalkulata fuq il-medja tad-dhul taghhom tal-ahhar 10 snin”. Bir-reviżjoni li saret 5 snin ilu, il-pensjoni tiġi kalkulata fuq l-aħjar 10 snin jew id-dħul fuq medda ta’ 40 sena ta’ kontribuzzjoni. |
| L-oppożizzjoni qed tkun superfiċjali | fl-analiżi tagħha, qed tagħmel argumenti żbaljati, qed turi irresponsabbilita’ lejn iż-żgħażagħ u l-ħaddiema u tieħu atteġġjament li ma jinteressahiex mid-dħul li se jkollhom il-pensjonanti ta’ dawk li llum għadhom fuq il-banijiet tal-iskola u fuq il-post tax-xogħol. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003