Organizzata f’Malta l-konferenza annwali tal-ikbar network Franċiza t’aġenziji tal-ivvjaġġar
pr2261
03/12/2010
| Is-suq Franċiż | b’indikazzjonijiet pożittivi li jgħinu t-tkattir tal-qasam turistiku |
| Is-suq turistiku | Franċiż huwa importanti għal pajjiżna u bħalissa huwa r-raba’ l-akbar suq li qed jattira turisti lejn Malta. Statistika mill-NSO għax-xahar t’Ottubru turi li kien hemm żieda konsiderevoli fis-suq Franċiż ta’ 19% jew ’l fuq minn 12,000 turist fuq Ottubru tas-sena li għaddiet. Din is-sena huwa stmat li mis-suq Franċiż se jkunu ġew lejn Malta, 85,000 turist jiġifieri 6.5% tat-total ta’ turisti li jiġu Malta. |
| Dan qalu | is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco waqt il-konferenza annwali organizzata minn AS Voyages Group, l-akbar network ta’ aġenziji tal-ivvjaġar fi Franza. AS Voyages tinkorpora fiha 1350 aġenzija tal-ivvjaġġar u kull sena torganizza l-konferenza annwali tagħha f’pajjiż differenti. Din is-sena l-grupp t’aġenziji tal-ivvjaġġar qed jiltaqa’ f’Malta bejn it-2 u l-5 ta’ Diċembru 2010. B’kollox din il-konferenza ġabet lejn Malta 700 delegat. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li t-turisti li jiġu | minn Franza taw informazzjoni intressanti b’45% minnhom jindikaw l-istorja u l-kultura bħala l-fattur li mmotivahom biex jiġu Malta. Il-klima u l-ospitalità tal-Maltin huma wkoll fatturi li t-turisti Franċiżi qed jiddentifikaw bħala interessanti għalihom. 91.5% tat-turisti Franċiżi li jiġu Malta, jgħidu li se jirrakommandaw lil Malta mal-qraba u l-ħbieb filwaqt li 60% jgħidu li jixtiequ jerġu jżuru Malta fil-futur. 87% tat-turisti Franċiżi jgħidu li ż-żjara tagħhom f’Malta kienet tilħaq jew teċċedi l-aspettativi tagħhom, żied is-Segretarju Parlamentari. Mario de Marco qal li dawn l-indikazzjonijiet jgħinuna nsaħħu l-qasam turistiku u huma nkorraġanti hekk kif juru wkoll li wieħed minn kull tliet turisti Franċiżi li jiġu Malta, jkunu għażlu lil pajjiżna wara li kellhom rakkomandazzjoni pożittiva mingħand l-qraba u l-ħbieb. |
| Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar l-importanza | li s-suq turistiku jiġġedded biex jilqa’ għat-tibdiliet li jseħħu filwaqt li emfasiża r-rwol importanti li jibqa’ jkollhom l-aġenti tal-ivvjaġġar fis-settur turistiku. Hu qal li t-temi tal-konferenza li jħeġġu l-komunikazzjoni effettiva, il-kompettitività u l-viżjoni għall-qasam turistiku huma importanti għall-aġenziji tal-ivvjaġġar. |
| Francois | Xavier Debouard, ko-President ta’ AS Voyages qal li d-deċiżjoni li l-konferenza isir f’Malta ttieħdet wara li raw li pajjiżna qed jieħu deċiżjonijiet strateġiċi fil-qasam tat-turiżmu, li qed iħallu l-frott. Sostna li Malta kabbret is-suq turistiku filwaqt li rnexxilha tippreserva u tippromwovi l-wirt storiku u naturali tagħha. Hu tkellem dwar il-Viżjoni 2015, il-viżjoni ekoloġika għal Għawdex u l-iskemi li jinċentivaw it-turiżmu sostenibbli, li qed jimplimenta pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003