Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-ISKOLA SEKONDARJA TAS-SUBIEN FI ĦDAN IL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX – IR-RABAT, GĦAWDEX - IL-ĠIMGĦA, 3 TA’ DIĊEMBRU 2010

pr2258
Date Icon 03/12/2010
Illum qed ninawgurawit-tielet skola ġdida f’din il-leġislatura u s-sitt skola ġdida li saret mill-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Għandna skola oħra ġdida kważi lesta wkoll li se niftħu uffiċjalment is-sena d-dieħla.
Fil-programm tagħnali nibnu skola ġdida kull sena, lil Għawdex tajnih importanza u qed nagħtukom skola ġdida u moderna, attrezzata bl-aktar apparat modern biex nassiguraw li dawk kollha li jattendu fiha jkollhom esperjenza edukattiva mill-aħjar li tgħinhom fil-futur tagħhom.
Ma għandix għalfejnnoqgħod nidħol fid-dettal ta’ x’hawn f’din l-iskola. Għada din l-iskola se tkun miftuħa għall-pubbliku u għalhekk nistieden lil kulħadd biex jiġi jara b’għajnejh l-ambjent sabiħ li ħloqna għall-istudenti tagħna.
Dan il-proġett huparti mir-rivoluzzjoni li qed nagħmlu fil-qasam tal-edukazzjoni. Rivoluzzjoni mhux biss fil-bini u l-ambjent li huma importanti wkoll, imma anke fil-metodi tat-tagħlim, fil-firxa ta’ suġġetti, fil-mod tal-assessjar, fil-mixja mill-primarja għas-sekondarja biex nassiguraw li din tkun bla skossi u waħda inklussiva kemm jista’ jkun. Dan kollu qed isir filwaqt li nżommu lil kull student u studenta, bil-kwalitajiet individwali tagħhom, fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna biex ngħinuhom mhux biss jiksbu l-ħiliet bażiċi imma anke biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom.
Biex dinir-rivoluzzjoni tibqa’ miexja ‘l quddiem b’suċċess hemm bżonn li kulħadd jagħti sehmu – amministraturi, għalliema, professjonisti oħra, ġenituri u studenti. Għalhekk ħsibna biex matul is-sena li għaddiet impjegajna numru ta’ professjonisti, fosthom councillors, psikolgi, ħaddiema soċjali, prefetti tad-dixxiplina, guidance teachers biex ikunu ta’ spalla għall-għalliema fl-iskejjel. Ħejjejna wkoll programmi apposta biex nassiguraw l-iżvilupp kontinwu tal-għalliema tagħna biex ikunu kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi ta’ din ir-riforma u t-tibdil ma jaqta’ xejn f’sistemi innovativi ta’ tagħlim.
Dan kollu jfisserspiża kbira. Iżda l-Gvern, minkejja d-diffikultajiet li ġiebet il-kriżi internazzjonali, ma xxaħħaħx mal-qasam edukattiv anzi żied in-nefqa għall-edukazzjoni fuq dik tas-sena li għaddiet.
X’differenza minn dakli qed jiġri fil-pajjiżi ta’ madwarna li huma ferm akbar minnha. Araw ftit x’inhu jiġri fl-Ingilterra fejn saru protesti kbar għax il-Gvern żied il-miżati tal-universitajiet. Araw ftit fl-Italja, fejn f’dawn il-ġranet l-għalliema strajkjaw minħabba miżuri li l-Gvern ħabbar għas-settur tal-edukazzjoni.
Għall-kuntrarju, aħnażidna n-nefqa fl-edukazzjoni, noffru edukazzjoni b’xejn minn eta’ bikrija sal-universita’. Nagħtu wkoll l-istipendji lill-istudenti tagħna u diġa’ taja 1,100 Borza ta’ Studju biex min irid ikompli jistudja u jispeċjalizza u jikseb Masters u Dottorat ikun jista’jagħmel dan bla xkiel.
U la qegħdin niftħuskola ġdida, ippermettuli nieqaf ftit fuq il-programm tagħna li niftħu skola ġdida kull sena.
Qegħdin nibnu skejjelġodda għax irridu l-aħjar għat-tfal tagħna. Dan il-programm qed isir wara studju u ppjanar bir-reqqa dwar il-ħtiġijiet tal-lum u tal-futur. Ma tfajniex l-ismijiet tal-irħula f’borża u tellajna isem bix-xorti u għidna “hawn se nibnu skola ġdida”.
Rajna l-iskejjeleżistenti li għandna u l-istat li jinsabu fih, rajna x’faċilitajiet hemm bżonn biex nagħtu l-aħjar servizz lill-istudenti, rajna t-tendenzi demografiċi u fejn hemm konċentrazzjoni ta’ familji żgħażagħ u diversi fatturi oħra u fassalna pjan ta’ fejn irridu nibnu l-iskejjel il-ġodda.
Fil-passat kellnaskejjel kbar b’aktar minn 1000 student jew studenta. Dan mhux se jibqa’ l-każ. Ma jistgħax ikollna skejjel daqstant kbar jekk irridu nżommu kuntatt ma’ kull student individwalment. Min-naħa l-oħra, skejjel żgħar ħafna, ukoll m’humiex rakkomandabbli, speċjalment fis-settur sekondarju. Ghalhekk anki l-mod kif nibnu l-iskejjel hu msejjes fuq x’tip ta’ edukazzjoni rridu għat-tfal tagħna.
Nixtieq intemm danil-messaġġ tiegħi billi nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu biex tawna din l-iskola ġdida fil-ħin, fosthom liċ-Chairman, ic-CEO u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, lill-amministrazzjoni tal-Kulleġġ Għawdex u ta’ din l-iskola partikolari u nawgura lill-għalliema u lill-istudenti li se jgħaddu minnha, esperjenza edukattiva mill-aħjar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow