DISKORS TAL-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-ISKOLA SEKONDARJA ĠDIDA TAS-SUBIEN FI ĦDAN IL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX – IR-RABAT GĦAWDEX - IL-ĠIMGĦA 3 TA’ DIĊEMBRU, 2010
pr2257
03/12/2010
| Onor Prim Ministru, | Onor. Ministru, u kollegi, Mgr Vigarju, Sinjuri Sindki, sinjuri, |
| L-inawgurazzjoni ta’ | din l-iskola sekondarja ġdida f’Għawdex se tibqa’ mfakkra bħala ġurnata memorabbli mhux biss għalina hawn preżenti iżda għal bosta ġenerazzjonijiet oħra li għad iridu jgawdu minnha. |
| L-edukazzjoni hija s-sies | li fuqha tinbena soċjetà. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-bini ta’ din l-iskola huwa investiment li mistenni jirrendi fit-tul b’risq is-soċjetà Għawdxija. Aħna nemnu li kull investiment li għamilna u għadna nagħmlu fil-qasam edukattiv f’Għawdex, tagħna u għadu jagħtina riżultati, li nistgħu niftaħru bihom. |
| Kellna xhieda ta’ dan | fl-istorja riċenti tal-gżira ta’ Għawdex. Matul l-aħħar snin rajna żieda kontinwa ta’ żgħażagħ Għawdxin li komplew bl-istudji tagħhom wara l-kors ta’ edukazzjoni sekondarja. Dan setgħa jsir għaliex offrejna edukazzjoni ta’ kwalità għolja fil-livell primarju u sekondarju. Qed noffru wkoll opportunitajiet ġodda li qabel l-istudenti ma kellhomx. |
| Investejna u qed | ninvestu ħafna fl-edukazzjoni. Ġew stabiliti kriterji ġodda li poġġew lill-qasam edukattiv fuq quddiem nett tal-aġenda politika. |
| Emminna fil-ħila u l-potenzjal | tar-riżors uman ta’ pajjiżna, tal-istudenti, tal-ħaddiema. |
| Qed ninvestu fl-edukazzjoni | fuq livell nazzjonali u anki fuq livell reġjonali f’Għawdex. |
| Għandna sistema | edukattiva li taħdem fuq il-ħiliet tal-individwu minn età żgħira sa dik aktar matura. |
| Illum f’Għawdex | għandna skejjel mgħammra u attrezzati bi klassijiet akkoljenti, apparat modern li jinkludi interactive whiteboards u kompjuters f’kull skola. Fl-iskejjel tagħna hawn kompjuter għal kull 6 itfal jew studenti mill-kindergarten sa’ klassijiet aktar avvanzati. |
| Investejna u għadna | ninvestu biex intejbu l-faċilitajiet u nsebbħu l-ambjenti fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex permezz ta’ xogħlijiet ta’ modernizzar u manutenzjoni. |
| Bdilna aperturi u | faċilitajiet sanitarji, tejjibna swali, klassijiet u kurriduri. |
| Investejna u għadna | ninvestu f’faċilitajiet sportivi li f’ħafna każi qed jintużaw kemm mill-istudenti waqt il-ħin tal-iskola kif ukoll minn għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ wara l-ħin tal-iskola. Dan jimmassimizza l-potenzjal tal-investiment b’risq is-soċjetà tagħna. |
| U għaliex qed | ninvestu qed ikollna r-riżultati: |
| Illum fiċ-Ċentru | għall-Istudji Ogħla, Sir M. A. Refalo għandna aktar minn 600 żgħażugħ u żgħażugħa. |
| Illum għandna aktar | minn 900 studenti Għawdxin li qed isegwu korsijiet tal- Università ta’ Malta. |
| Fiċ-ċentri tal-MCAST | f’Għawdex għandna 243 student u studenta li qed isegwu korsijiet f’Għawdex stess. L-MCAST f’Għawdex beda fl-2002 b’44 student. Illum żviluppa f’żewġ ċentri li qed joffru korsijiet varji li jħejju liż-żgħażagħ tagħna għall-ħajja tax-xogħol. |
| Barra dan għandna 173 | żagħżugħ u żagħżugħa li qed isegwu korsijiet fl-MCAST Malta meta għaxar snin ilu kien hemm biss 5. |
| Din is-sena 127 | student qed isegwu korsijiet full-time jew part-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi. |
| Din hi l-qabża | fil-kwalità u l-kwantità li għamilna fil-qasam edukattiv f’Għawdex f’dawn l-aħħar snin. Dan sar bi pjan. Bi ħsieb. B’viżjoni. Bi strateġija. |
| L-inawgurazzjoni ta’ | din l-iskola l-ġdida tixhed li ma qgħadniex fuq dak li diġà nkiseb iżda kattarna l-impenn biex inkomplu nsaħħu l-qasam edukattiv f’Għawdex, issa u għall-futur. |
| Dan għal ġid tat-tfal | u żgħażagħ ta’ llum u dawk ta’ għada. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003