Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-ISKOLA SEKONDARJA TAS-SUBIEN FI ĦDAN IL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX, FI TRIQ L-EWROPA, IR-RABAT, GĦAWDEX – IL-ĠIMGĦA, 3 TA’ DIĊEMBRU 2010

pr2256
Date Icon 03/12/2010
Il-ftuħ ta’ skolaġdida hija okkażjoni speċjali għall-pajjiż kollu.
Hija okkażjoni ta’ferħ għall-istudenti u għalikom il-ġenituri. Kull tifel li f’din l-iskola mess u ħadem bl-apparat ġdid li investejna fih żgur ħassu motivat iktar minn qabel biex jipparteċipa bis-sħiħ fil-lezzjonijiet u fl-istudju. Dan b’mod speċjali għal dawk li jkunu esperjenzaw l-iskola l-antika wkoll, bħal fil-każ ta’ Lucian.
Hija okkażjoni ta’sodisfazzjon kbir għall-għalliema li se jkollhom opportunità aħjar li jwasslu l-għerf tagħhom lill-istudenti. F’idejkom għandkom it-teżori tagħna, il-mimmi ta’ għajnejna – uliedna. L-għalliema, mill-esperjenza tiegħi magħhom, dejjem ifittxu biex jagħtu l-aħjar edukazzjoni lill-istudenti tagħna. Iridu l-aħjar riżorsi u l-aħjar laboratorji. Jien din id-dedikazzjoni nammiraha.
Il-ftuħ ta’ skolaġdida hija wkoll okkażjoni speċjali għal pajjiżna. L-investiment fl-edukazzjoni huwa investiment fl-aqwa riżorsa ta’ pajjiżna: it-tfal, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna.

Din mhix biss teorija. Hija esperjenza li ngħaddi minnha meta niltaqa’ ma’ investituri li jinvestu f’pajjiżna. Waħda mill-aktar affarijiet kruċjali għalihom hi li jsibu ħaddiema mħarrġa, bieżla, flessibbli, kreattivi u li jitkellmu b’lingwi differenti. L-edukazzjoni li noffru f’pajjiżna tindirizza dawn il-ħtiġijiet.

Qed ninvestufil-livelli kollha edukattivi ta’ pajjiżna. Il-Gvern qiegħed jibni skola ġdida kull sena biex ikollna skejjel spazjużi, moderni u attraenti. Qiegħed jattrezza l-iskejjel b’apparat ġdid, modern u effiċjenti. U qiegħed jinvesti aktar flus fil-manutenzjoni u fit-titjib tal-iskejjel tagħna. Dan għall-ġid tal-istudenti.
Il-bini ta’ din l-iskolaġdida f’Għawdex hi milestone u landmark. Irrid nirringrazzja lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada mmexxija minn Ray Fenech, il-General Manager Charles Farrugia u lill-ħaddiema kollha li qed jagħmlu biċċa xogħol eċċellenti.
Flimkien mal-investimentfl-infrastruttura edukattiva, il-Gvern qiegħed jieħu għadd ta’ inizjattivi biex ikompli jgħolli l-livell tal-kwalità u l-istandards fl-edukazzjoni:
 Illum, minbarra l-għalliema,Learning Support Assistants u Kindergarten Assistants, l-iskejjel tagħna għandhom aktar resource workers, psikologi, trainee counsellors, trainee career advisors, college counsellors, college career advisors, prefects of discipline, occupational therapists u speech therapists fost oħrajn;
 Introduċejnaservizzi ta’ appoġġ f’kull Kulleġġ sabiex ngħinu lill-istudenti li jkollhom diffikultajiet fit-tagħlim;
 Tnieda workinggroup biex issir reviżjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali, biex dak li jiġi mgħallem fl-iskejjel jiġi aġġornat, u dalwaqt se jinfetaħ proċess ta’ konsultazzjoni dwar dan;
 Qed tiġiimplimentata strateġija dwar l-e-learning li tinkludi aktar użu ta’ ICT u teknoloġija fl-iskejjel tagħna. B’hekk qed jiġu installati aktar interactive whiteboards u l-għalliema qed jingħataw aktar taħriġ biex jużaw l-ICT aħjar;
 Tnieda proġettpilota li permezz tiegħu qed jingħata netbook lil kull tifel u tifla fil-klassijiet tal-Year 3 tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Birkirkara u l-Kulleġġ tal-Knisja St Albert the Great. B’hekk inkomplu ntejbu l-metodi tal-edukazzjoni tat-tfal tagħna;
 Bdiet ir-riformabiex il-mixja mill-edukazzjoni primarja għal dik sekondarja ssir mingħajr skossi biex uliedna jirnexxu lkoll;
 Għamilna riformafl-iskejjel speċjali biex illum dawn inbidlu f’Ċentri ta’ Riżorsi;
 Żidna l-korsijietfl-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji; u
 Daħħalna aktarservizzi ta’ customer care u counselling għall-impjegati kollha fl-iskejjel u l-Kulleġġi tagħna.

Sinjuri,

Kull skola hi bejtata’ enerġija ta’ mijiet ta’ żgħażagħ li lkoll għandhom il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-bini ta’ skola sekondarja hija sinifikattiva għaliex tiffoka fuq wieħed mill-iktar perjodi importanti għall-iżvilupp taż-żgħażagħ.
Is-snintas-sekondarja huma snin formattivi li jwasslu liż-żgħażagħ biex jagħżlu s-suġġetti li jixtiequ jimirħu fihom. Huma s-snin li fihom tista’ tinbet ix-xewqa ta’ karriera jew tikber ix-xitla ta’ idea li għada tista’ tiġi żviluppata fi prodott, servizz jew intrapriża li tagħti sodisfazzjon lill-individwu. Irridu ngħinu lil uliedna f’dan kollu.
U l-istudentiGħawdxin qegħdin jirrispondu b’deċiżjoni ċara li jkomplu l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja. Aktar studenti qed jistudjaw fis-Sixth Form, fl-MCAST, fl-ITS u fl-Università. U llum f’Għawdex hawn ukoll Campus tal-Università f’Għawdex, żewġ Ċentri tal-MCAST fix-Xewkija u x-Xagħra u Istitut ġdid għall-Istudji Turistiċi l-Qala.
Matul din is-senaakkademika, 920 student Għawdxi u Għawdxija qegħdin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta. Sa għoxrin sena ilu, din iċ-ċifra kienet 189 student. Din is-sena qed jiggradwaw 280 żagħżugħ u żagħżugħa minn Għawdex. 10 snin ilu kien hemm anqas minn nofs - 113. Il-Gvern qed jgħin lill-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta billi jagħtihom għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż relatati mal-istudji tagħhom f’Malta.
Dan minbarra li qednagħtu stipendju lil aktar minn 18,000 student u studenta li jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet post-sekondarji tal-Gvern, tal-privat u tal-Knisja u fl-Università.
Illum qed nagħtuwkoll l-ischolarships għal min irid ikompli javvanza. F’Lulju li għadda fil-Berġa ta’ Kastilja saret il-preżentazzjoni ta’ scholarships lill-istudenti biex isegwu korsijiet fl-arti. Ħadt gost nitkellem mal-istudenti kollha. Żgħażagħ li jridu joħolqu l-ġdid fil-pittura, il-mużika, id-drama, l-iskultura …… L-istudent li ġie l-ewwel f’dawn l-ischolarships kien propju Għawdxi. Il-potenzjal tal-Għawdxin hu kbir u għalhekk tispjega kif din il-gżira b’popolazzjoni ta’ 30,000 ruħ kapaċi timxi ’l quddiem.

Sinjuri,

Is-sistema edukattivaqed tiġi kkumplimentata minn inizjattivi li joffru spazju biex l-ideat u l-innovazzjoni taż-żgħażagħ jiġu żviluppati f’intrapriżi li jrendu lill-ekonomija u li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Il-Gvern permezz tal-MaltaEnterprise għadu kemm ħabbar l-iskema Create li se tixpruna t-talent lokali u dik li nsejħulha l-“ekonomija kreattiva” permezz tal-għoti ta’ tax credits sa 60% tal-investiment, sa massimu ta’ €25,000. Permezz ta’ din l-iskema qed nagħtu wkoll aktar appoġġ biex jiġu żviluppati żoni kreattivi madwar Malta u Għawdex. F’Għawdex, per eżempju, qed nimmiraw li noħolqu żoni kreattivi fi Triq l-Arċipriet Saver Cassar, Triq Santa Marija u fi Pjazza Savina.
Diversi kumpanijiGħawdxin diġà qed jagħmlu użu minn skemi tal-Malta Enterprise biex jiżviluppaw il-prodotti tagħhom u jimpjegaw aktar ħaddiema. L-intrapriżi żgħar u medji qed jiġu mħajra jinvestu permezz ta’ għotjiet għal proġetti ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp, użu effettiv tat-teknoloġija tal-informatika u twettiq ta’ proġetti relatati mal-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. 21 kumpanija Għawdxija s’issa bbenefikaw minn dawn l-iskemi li t-twettiq tagħhom se jkun mifrux fuq it-tmintax-il xahar li ġejjin.
Qed ngħinu lil minirid jinvesti għal rasu u lil min irid jidħol f’impjieg. Nemmnu fl-edukazzjoni u fit-taħriġ tul il-ħajja. Għalhekk anki f’Għawdex permezz tal-ETC qed noffru korsijiet biex il-ħaddiema jibqgħu jiksbu ħiliet ġodda. Barra minn hekk hemm diversi skemi ta’ xogħol. Fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena 196 Għawdxi u Għawdxija gawdew minn skemi tal-ETC biex daħlu f’impjieg. Dawn huma skemi li joffru taħriġ waqt li l-ħaddiema jkunu f’impjieg u jitħallsu. Mis-sena d-dieħla se nkunu qed nagħtu wkoll €25 fil-ġimgħa għall-ħaddiema li għandhom il-paga minima u jagħżlu li jitħarrġu biex javvanzaw fix-xogħol tagħhom.

Sinjuri,

Mexjin b’direzzjoni. Qed ngħaqqdu flimkien l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-sens ta’ intrapriża, ix-xogħol – ħolqa torbot ma’ oħrajn, biex uliedna jirnexxu lkoll. Biex kull persuna timxi ’l quddiem.

Iċ-ċelebrazzjonital-lum hija ċelebrazzjoni tal-ottimiżmu u l-enerġija taż-żgħożija. Bl-imħabba u d-dedikazzjoni tal-ġenituri u l-għalliema, u bl-aħjar infrastruttura u riżorsi; l-aspirazzjonijiet ta’ wliedna qed isiru realtà.
Qed ninvestuf’soċjetà b’saħħitha, għaliex l-investiment f’uliedna huwa investiment fl-aqwa riżorsa ta’ pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow