Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI

pr2255
Date Icon 03/12/2010
Waqt il-laqgħa tal-Kumitattal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Żvilupp [Committee on Economic Affairs and Development] li ltaqa’ f’Pariġi fid-29 ta’ Novembru 2010, l-Onor Marie Louise Coleiro Preca li hija Membru fid-delegazzjoni parlamentari Maltija għall-Assemblea Parlamentari għall-Kunsill tal-Ewropa, għamlet diversi rakkommandazzjonijiet li ġew aċċettati fosthom:
1.   Metal-Kumitat kien qed jiddiskuti r-rapport dwar l-Ekonomija s-Sewda: theddida għad-demokrazija, l-iżvilupp u r-rule of Law [Underground economy:  a threat to democracy, development and the rule of law], l-Onor Coleiro Preca irrakkmandat li r-rapport jinkorpora l-aspett importanti li xogħol li ma jkunx iddikjarat iċaħħad lill-ħaddiema mill-benefiċċju importanti ta’ pensjoni adekwata u xierqa.
2.   Fuqir-rapport dwar input għal żvilupp lokali:  approach innovattiva għal reġjuni milquta minn kriżi [Input for local development:  an innovative approach for crisis-stricken regions], l-Onor Coleiro Preca insistiet li dan ir-rapport li jitkellem dwar l-industrija tat-turiżmu bħala mutur ekonomiku u b’potenzjal kbir għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ xogħol, għandu jiddentifika l-kawża tal-fenomenu li qed jinħass fis-settur dwar kundizzjonijiet ħżiena ta’ xogħol u pagi anqas minn setturi oħra, kif ukoll indaġni dwar kif dawn il-fatturi jistgħu jiġu indirizzati biex jinstabu r-rimedji xierqa għall-ħaddiema f’din l-industrija.
3.   B’riferenzagħar-rapport dwar aktar nisa fl-istrutturi ekonomiċi, soċjali u tad-deċiżjoni [More women in economic and social decision-making bodies], l-Onorevoli Membru spjegat il-ħtieġa li rapport bħal dan jinkorpora l-fatturi kollha li qed jikkawżaw rata ta’ parteċipazzjoni baxxa min-nisa fis-suq tax-xogħol.  Hija tkellmet dwar il-bżonn li dan ir-rapport jindaga aktar fuq l-aspetti kulturali, tradizzjonali u nuqqas ta’ miżuri family-friendly fis-suq tax-xogħol, li jirristrinġu bil-kbir il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.  Hija semmiet kif filwaqt li f’Malta aktar minn 50% tal-istudenti universitarji huma bniet, xorta waħda r-rata tan-nisa fix-xogħol barra d-dar hija waħda baxxa, minkejja l-għadd ta’ nisa gradwati u professjonali li Malta għandha.  Għaldaqstant, l-Onor Coleiro Preca saħqet li ħadd ma jista’ jassumi li r-rata baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol ġejja minħabba l-għadd ta’ nisa mhux kwalifikati.  Min-naħa l-oħra lanqas tista’ tassumi li l-gender pay gap tiġi eliminata b’nisa li jkunu kwalifikati biss.  Din il-problema, sostniet Marie Louise Coleiro-Preca, tinħtieġ li tkun indirizzata b’mod iffokat fuq is-sitwazzjonijiet varji li jeżistu fil-pajjiżi differenti.
Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-OnorColeiro Preca ġew aċċettati mir-Rapporteurs tad-diversi rapporti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow