Left arrow Go Back

It-tielet edizzjoni tal-attivita’ Milied Mellieħi

pr2251
Date Icon 02/12/2010
Għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill Lokalital-Mellieħa se jkun qed jorganizza l-attivita’ Milied Mellieħi – wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju tal-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsilli Lokali matul is-sena f’Malta. Din l-attivita’, kull ma jsir, qed issir dejjem aktar popolari tant li tattira eluf ta’ Maltin u turisti.
MiliedMellieħi se ssir fil-pjazza ewlenija tal-lokalita’. Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar.
ChrisSaid faħħar l-impenn tal-Kunsilli Lokali li kull xahar qed jirnexxilhom jorganizzaw numru ta’ attivitajiet bil-għan li jattiraw aktar kummerċ lejn il-lokalitajiet tagħhom. Permezz tagħhom qed jirnexxilhom ukoll jifirxu t-turiżmu matul is-sena kollha madwar il-gżejjer Maltin. B’hekk qed ikunu l-lokalitajiet li jagħrfu jorganizzaw attivitajiet tajbin li qed igawdu mit-turiżmu.
ChrisSaid fakkar fl-Iskemi ta’ Inizjattivi u Attivitajiet Kulturali mnedija fis-sentejn li għaddew mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali li l-għan tagħhom kien u għadu proprju dak li jsiru attivitajiet ta’ kwalita’ madwar il-pajjiż kollu.
Is-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar qal li MiliedMellieħi, bħal fl-edizzjonijiet passati, se tkun okkażjoni li fiha l-familji Maltin se jkollhom il-possibilita li jiltaqgħu f`ambjent tipiku tal-Milied. Il-mużika, l-arti, l-artiġġjanat, u l-ikel tradizzjonali tal-Milied se jkunu l-attrazzjonijiet ewlenin bl-aspett reliġjuż, kif inhu xieraq, ukoll se jingħata importanza liema bħalha. Se jkun hemm Presepju ħaj filwaqt li se tittella’ wirja ta` presepji.
RobertCutajar qal li minbarra s-sehem tal-artist Malti, artisti barranin se jieħdu sehem f’maratona ta’ 24 siegħa ta’ cocktails bil-qliegħ kollu minnha se jmur għal skop filantropiku. Il-bejgħ kollu li se jsir minn taħt it-tinda se jmur kollu b`risq id-Dar tal-Providenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow