GĦOTJA TA’ €50,000 GĦAL KULL PROĠETT MARBUT MA’ EKO-GĦAWDEX, IMWETTAQ MINN ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI U GĦAQDIET VOLONTARJI GĦAWDXIN
pr2250
02/12/2010
| Il-Ministeru għal | Għawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti marbuta mal-programm eko-Għawdex, imwettqa minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) u għaqdiet volontarji Għawdxin. Permezz ta’ din l-iskema, kull NGO u għaqda volontarja tista’ tibbenefika minn kontribuzzjoni ta’ 95% tan-nefqa totali sa massimu ta’ €50,000, għal proġetti li jkunu qed jimplimentaw tal-inqas waħda mit-80 proposta tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ eko-Għawdex għas-snin 2010 – 2012. |
| Din l-iskema tħabbret | waqt konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, wara li fil-jiem li għaddew l-istess Ministeru nieda skema simili għal proġetti mwettqa mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi f’Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono stiednet lil għadd ta’ membri ta’ NGOs u ta’ għaqdiet volontarji Għawdxin li kienu preżenti biex jindividwaw proġetti li jistgħu jwettqu f’Għawdex u li huma konformi mal-kriterji tal-proposti elenkati fil-pjan ta’ azzjoni, u li jkunu ta’ benefiċċju u ta’ ġid għas-soċjetà Għawdxija. L-Onor. Debono tat diversi eżempji ta’ proġetti li jistgħu jitwettqu minn dawn l-għaqdiet, fosthom proġetti ta’ energy efficiency u energy saving, proġetti għall-ħażna tal-ilma, programmi ta’ għarfien dwar l-obesità, stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, azzjoni kontra l-abbuż tal-alkoħol u titjip, promozzjoni internazzjonali għas-settur tad-diving, l-iżvilupp ta’ childcare facilities fil-komunità, taħwil ta’ siġar, inizjattivi relatati mal-agro-turiżmu u eko-turiżmu, kif ukoll tnaqqis ta’ emissjonijiet tat-traffiku u electric cars. |
| L-applikazzjonijiet | bil-proposti għal proġetti taħt din l-iskema se jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 14 ta’ Jannar 2010. Fil-proposta, l-applikanti jridu jispjegaw kif il-proġett se jkun ta’ benefiċċju għal Għawdex u s-soċjetà Għawdxija fit-tul. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet li se jkollha impatt importanti fuq id-deċiżjoni tal-kumitat li se jkun qed jevalwa l-applikazzjonijiet. |
| Il-proġetti li se | jkunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema se jitħabbru matul Frar 2011, u għandhom jiġu implimentati sa Novembru 2011. |
Iktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.ecogozo.com jew mid-Dipartiment għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fuq 22156312.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003