Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jiltaqa’ mal-Malta Business Bureau
pr2246
02/12/2010
| Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u | Artijiet Jason Azzopardi iltaqa’ mal-Malta Business Bureau (MBB) waqt board meeting tal-istess organizzazzjoni li tiġbor fiha l-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, kif ukoll l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti. |
| Jason Azzopardi faħħar | lill-MBB tax-xogħol siewi li twettaq fil-promozzjoni tas-settur intraprenditorjali ta’ pajjiżna. Huwa ddeskriva l-MBB bħala eżempju ċar ta’ kemm is-soċjetà ċivili Maltija, hija attiva anke f’affarjiet relatati mal-Unjoni Ewropea. Huwa qal li l-MBB għandha rwol prinċipali li tassisti permezz ta’ djalogu u informazzjoni, lill-organizzazzjonijiet li tilqa’ fi ħdanha biex toħloq klima ideali għall-iżvilupp tal-intrapriża. Dan l-irwol Jason Azzopardi qal li l-MBB twettqu b’ħeġġa u dedikazzjoni. |
| Is-Segretarju | Parlamentari kien mistieden mill-MBB biex jiddiskuti t-tnedija mill-ġdid tal-Att dwar is-Single Market, li ġie ppublikat mill-Kummissjoni Ewropea fix-xahar li għadda. Dan l-att jinkludi 50 proposta intiżi li jsaħħu dan is-Single Market tal-Ewropa. |
| Jason Azzopardi qal li | s-Single Market huwa l-vantaġġ ewlieni ta’ kompetizzjoni għall-Ewropa li jissarraf f’vantaġġi għan-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi. Single Market kompetittiv u dinamiku jikkontribwixxi għal rati dejjem iżjed għoljin ta’ impjiegi, u tkabbir ekonomiku li jħaffef il-pass lejn il-miri tal-istrateġija Ewropea 2020. Dan kollu fid-dawl tal-isfidi li l-pajjiżi membri tal-UE qed jiffaċjaw f’dawn iż-żminijiet. |
| Waqt il-laqgħa ġew | diskussi wkoll il-kwistjoni tal-Patent Ewropea u l-impenn tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE għall-kompetittività li tinsab soluzjoni, u l-introduzzjoni tal-Att dwar in-Negozji Żgħar. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003