L-aħjar l-ewwel għaxar xhur tas-sena għat-turiżmu f’pajjiżna
pr2242
02/12/2010
| Nefqa mit-turisti ta’ | aktar minn biljun ewro matul dan il-perjodu |
| Fl-ewwel | għaxar xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 1,199,745 turist. Dawn qattgħu f’Malta aktar minn 10 miljun lejl u nefqu aktar minn biljun ewro (€1,034,215,000). Dan hu l-ikbar numru ta’ turisti li qatt żaru Malta għall-ewwel għaxar xhur tas-sena. Hi ukoll l-ikbar nefqa qatt reġistrata mit-turisti għall-istess perijodu. |
| Ċifri | maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Ottubru żaru Malta 146,397 turist jiġifieri 22,247(17.9%) iktar mill-istess xahar tas-sena l-oħra. Dan hu wkoll l-ogħla ammont ta’ turisti għax-xahar ta’ Ottubru li qatt ġie reġistrat u jkompli fuq ir-riżultati pożittivi ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru li wkoll kienu xhur rekord għas-settur turistiku Malti. |
| In-numru | totali ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’Malta f’Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ 1,134,546 – ċifra li tirrifletti żieda ta’ 174,847 (18.2%) fuq l-istess xahar is-sena l-oħra. |
| In-nefqa | tat-turisti f’Ottubru wkoll kienet waħda rekord. Din telgħet għal aktar minn €120 miljun jew €27,925 miljun (30.2%) iktar mill-istess xahar tas-sena l-oħra. |
| L-ikbar | żieda numerika ta’ turisti fl-ewwel għaxar xhur tas-sena kienet mill-Italja minn fejn ġew 46,067 (31.5%) turist iktar biex laħqu 192,401 turist. Żidiet oħrajn kbar kienu mill-pajjiżi Skandinavi b’żieda ta’ 23,513 (38.8%) turist għal 84,095 u Spanja b’żieda ta’ 21,373 (52.8%) għal 61,833. Franza wkoll rreġistrat żieda konsiderevoli ta’ 12,623 (19.1%) għal 78,803 turist. |
| L-Onor | Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura fisser ir-riżultati tal-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena bħala pożittivi u nkoraġġanti. |
| “Iż-żieda fit-turiżmu ma tiġix b’kumbinazzjoni imma | hija frott il-ħidma li twettqet biex pajjiżna jsir aktar aċċessibbli u jattira turisti anke minn swieq ġodda. Iż-zieda minn 57 għal 76 rotta skedata minn u lejn Malta kif ukoll iż-żieda fir-riklamar ta’ pajjiżna huma fatturi li qed jattiraw aktar turisti lejn pajjiżna. Investejna wkoll fil-prodott turistiku u fi skemi li jagħtu taħriġ lill-impjegati fil-qasam turistiku biex naċċertaw titjib ħolistiku kemm fid-dehra kif ukoll fis-servizz.” tenna l-Onor de Marco |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003