Left arrow Go Back

Messaġġ mill-Ministru Dolores Cristina għall-Jum Dinji tal-Persuni b’Diżabilità

pr2241
Date Icon 02/12/2010
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dedikat lill-Persunib’Diżabilità, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, tafferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jaħdem biex is-socjetà tagħna tkun waħda kompletament inklussiva li tagħraf li kull persuna għandha valur u sehem sħiħ x’tagħti lill-pajjiż.
Mal-medda tas-snin sar ħafna progress f’dan il-qasamu llum persuni b’ diżabilità qed ikunu integrati fil-komunità minflok jinħbew kif kien isir sa ftit tas-snin ilu. Is-servizzi offruti lil dawn in-nies, ir-riformi li saru fis-sistemi u fil-liġijiet, jagħmluha aktar possibbli biex persuni b’diżabilità jħossuhom parti mis-soċjetà.
Madankollu għad fadal oqsma fejn hemm aktar xi jsirbiex ikun assigurat li persuni b’dizabiltà jkollhom ħajja kemm jista’ jkun indipendenti.
Min-naħatiegħu l-Gvern qed iħejji l-emendi meħtieġa għal diversi liġijiet li jiffaċilitaw li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal Persuni b’Diżabilità tkun tista’ tidħol fis-seħħ fl-aspetti kollha tagħha.
Sadattant, lkoll kemm aħna rridu nibqgħu naħdmu biexil-barrieri li għad fadal ixekklu l-progress tal-persuni b’diżabilità jitwaqqgħu u jingħelbu ħalli nassiguraw li kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet biex jgħix ħajja aħjar.
F’danil-jum, wieħed ma jistax jinsa l-kontribut kbir li numru ta’ organizazzjonijiet u persuni li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilità taw lis-soċjetà taghna.  Aħna grati lejhom għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom li wasslu biex illum għandna soċjetà aktar inklussiva li tagħraf id-drittijiet u l-ħiliet ta’ kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow