Iżjed xogħol frott l-investiment
pr2240
02/12/2010
| “Il-qasam tal-Gaming f’pajjiżna kiber | fl-aħħar snin, u qed ikompli jikber b’ritmu b’saħħtu, għax f’pajjiżna l-Gvern joħloq ambjent li jiġbed l-investiment, li joħloq ix-xogħol.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum waqt l-inawgurazzjoni ta’ uffiċini ġodda f’Ta’ Xbiex, għall-kumpanija Svediża NET ENT li taħdem fil-qasam tal-gaming. |
| “L-inawgurazzjoni ta’ dawn l-uffiċċji hija sinjal | ċar tat-tkabbir li qed jesperjenzaw kumpaniji bħal din, li bdew joperaw minn pajjiżna ftit snin ilu, u li issa qed ikabbru l-operat tagħhom” Jason Azzopardi xebbaħ din il-kumpanija mal-qasam tal-gaming innifsu f’Malta li beda b’passi umli, iżda li maż-żmien rawwem pass b’saħħtu, u llum jagħti kontribut b’saħħtu lill-ekonomija lokali. |
| Is-Segretarju Parlamentari nnota kif fl-aħħar ħames | snin il-kontribu ta’ dan il-qasam f’net revenue tela’ minn madwar €4.5 miljun għal madwar €20 miljun. Illum nitkellmu dwar 3,330 impjieg f’dan il-qasam b’madwar 350 liċenzja. |
| “Dawn | huma sinjali ċari li l-politika tal-Gvern favur ix-xogħol ta’ valur miżjud qegħdha tħalli l-frott mixtieq” Jason Azzopardi saħaq li l-Gvern huwa kommess li jkompli bil-ħidma tiegħu favur ambjent li jiġbed l-investiment, li dan joħloq ix-xogħol. |
| Il-kumpanija NET ENT ilha stabbilita f’Malta | mill-2006, u taħdem fil-qasam tal-gaming. Din il-kumpanija tiżviluppa software għall-industrija tal-gaming. Il-klijenti tagħha huma mifruxa mad-dinja kollha, u jinkludu l-iżjed ażjendi stabbiliti tal-online gaming fid-dinja. |
| Grazzi | għall-investiment li wettqet fl-aħħar snin, u issa bl-uffiċċji ġodda li huma mifruxa fuq 700 metru kwadru, se jippermettu ‘l din il-kumpanija li twettaq tkabbir fin-numru ta’ impjegati li tħaddem. Mill-20 impjegat li tħaddem bħalissa, huwa mistenni li dan in-numru jitla’ għal 50. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003