STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIZMU U L-KULTURA
pr2239
01/12/2010
| RIFORMA FIL-MEPA | GĦAL SERVIZZ AĦJAR LIĊ-ĊITTADIN U L-ĦARSIEN TAL-AMBJENT |
| Il-Gvern qiegħed | jagħmel riforma fil-MEPA bil-għan li din l-Awtorità tagħti servizz aħjar liċ-ċittadin, filwaqt li tkun aktar b’saħħitha biex tipproteġi l-ambjent. Il-Gvern ħabbar li b’effett mit-30 ta’ Novembru 2010 se tidħol fis-seħħ l-biċċa l-kbira tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Filwaqt li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 se jidħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom, fost affarijiet oħra, qed jiġi definit ż-żmien li fih trid tiġi ddeterminata applikazzjoni; ma jistgħux jiġu sanzjonati żviluppi llegali li jsiru f’żoni sensittivi; qed jiżdiedu b’mod sostanzjali il-multi f’każ ta’ żvilupp llegali; u se jibda jsir screening tal-applikazzjonijiet kollha sabiex jiġi ddeterminat jekk applikazzjoni tagħmilx sens mill-lat ta’ ppjanar u ambjent, u jekk hu hekk, x’hemm bżonn isir biex din tiġi proċessata. Dan minbarra miżuri oħra li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew fosthom il-ħatra ta’ żewġ kummissjonijiet full-time li se jwasslu għall-aktar effiċjenza u trasparenza fil-proċess ta’ applikazzjonijiet u ż-żieda fin-numru ta’ impjegati tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent. Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ wara proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti, il-Kamra tal-Ippjanar, ma’ għaqdiet ambjentali u stakeholders oħrajn. L-Oppożizzjoni filwaqt li bil-kliem titkellem favur l-ambjent, fil-prattika qiegħda tipprova timmina x-xogħol li qiegħed jagħmel il-Gvern. |
| Waqt id-dibattitu | dwar il-bidla fit-tariffi tal-MEPA, il-Gvern kien qal li lest li jagħmel fine-tuning. Huwa propju dan li qed jagħmel il-Gvern mingħajr ma jbiddel l-prinċipji tas-sistema ġdida ta’ tariffi li hija bbażata fuq il-volum tal-iżvilupp. It-tariffi l-qodma ma kienux jagħmlu distinzjoni dwar jekk tapplikax għal appartament żgħir jew kbir, b’kamra tas-sodda waħda jew tlieta, billi r-rata kienet waħda li ma tagħtix każ id-daqs. Fil-fatt taħt it-tariffi l-ġodda, it-tariffa għal appartament b’140sqm żdied biss b’7% filwaqt li t-tariffa għal appartament taħt il-110sqm fil-fatt roħsot. Id-diżonesta’ żgur li mhux qiegħda fuq in-naħa tal-Gvern li qed iwettaq propju dak li wiegħed li se jagħmel. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003