Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI TA’ TIŻJIN ĠDID TAL-MILIED

pr2238
Date Icon 01/12/2010
Il-Ministru għar-Riżorsiu l-Affarijiet Rurali George Pullicino, inawgura tiżjin ġdid tal-Milied li ntrama f’Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta u f’Pjazza Sant’Anna, tas-Sliema magħmul minn lampi LED’s. Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-kumpanija Smart Light Systems talli pprovdiet lampi LED’s kif ukoll lill-Enesmart u lill-Melita Unipol Insurance tal-għajnuna tagħhom.
Dinis-siġra tal-Milied tuża madwar 230 fitting tad-dawl li jaħdmu bit-teknoloġija LED. Dawn il-lampi fil-preżent huma l-aktar soluzzjoni eco-friendly li teżisti fis-suq.  Din is-siġra b’dan it-tip ta’ lampi tiffranka aktar minn 80% f’konsum ta’ elettriku u 99% f’emissjonijiet. Kull lampa LED tuża’ biss 1 Watt ta’ enerġija filwaqt li tipproduċi l-istess ammont ta’ dawl daqs bozza tal-20 Watt.
Il-Ministru Pullicino fakkar li Pjazza San Ġorġ ġietinawgurata eżattament bħal dan iż-żmien sena. Huwa qal li llum ħadd ma jimmaġina din il-pjazza kif kienet qabel ma seħħ il-proġett ta’ tisbiħ. Illum il-Belt Valletta tgawdi minn ċentru ħaj li jitgawda mil-poplu u mhux maħkum mill-karozzi.
F’kumment waqtl-attivita tal-mixgħela ta’ dan it-tiżjin Id-Direttur tal-Kumanija Jonathan Borg saħaq li “permezz ta’ dawn l-LEDs, Smart Light Systems qed toffri mezz effettiv kif kulħadd jista’ jiffranka. Minn meta bdejna noperaw f’Malta, dawn il-prodotti ntlaqgħu tajjeb ferm, tant li anke fi żminijiet meta l-klima ekonomika ma kinitx favorevoli,  bqajna nkabbru l-operat konsistentament.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow