Stqarrija tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Socjali tal-Parlament
pr2237
01/12/2010
| “It-tfal tagħna qegħdin jaqgħu lura | ħafna fl-iżvilupp tal-lingwaġġ.” Hekk stqarret Dr Elena Tanti-Burlò, Lecturer l-Università ta’ Malta u involuta f’dan il-qasam, meta kienet mistiedna fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fejn kienet qed tiġi diskussa d-diżabilità. Hija kompliet tgħid illi meta dan l-aħħar żaret xi skejjel tal-kindergarten, ħafna tfal ta’tliet snin, ma kenux qed jitkellmu sew. |
| Hija kompliet tisħaq li hemm bżonn | urġenti li l-ġenituri jibdew jikkomunikaw u jilgħabu mat-tfal anke bil-mod li toqgħod mal-art u tilgħab magħhom. Għax jekk mhux se jiżviluppaw il-komunikazzjoni, lanqas il-ħsieb ma jkun jista’ jiżviluppa. Illum il-ġurnata, it-tfal mhux qegħdin isibu min ikellimhom u l-komunikazzjoni mat-tfal hija importanti fl-iżvilupp tal-ħsieb tagħhom. |
| Il-membri tal-Kumitat qablu li | jeħtieġ li ssir riċerka biex isir studju ta’ x’inhu eżattament qed jiġri u minn fejn ġejja din il-problema. Però sadanittant irridu nipprovaw nagħtu iżjed opportunitajiet lil dawn it-tfal u jekk il-livell tagħhom għadu lura, mela rridu nindirizzaw dawn il-problemi kmieni (early intervention). |
| L-aħħar appell li għamlet Dr | Tanti-Burlò f’dan ir-rigward kien, li hemm bżonn li nitkellmu u nagħtu iktar ħin lit-tfal. Fejn nitkellmu bis-sens u nużaw il-grammatika sewwa; u mhux ngħidu “Sejjer l-ischool?”, “Għamillu bye.” Jekk se titkellem bil-Malti, tkellem bil-Malti sew, jekk se titkellem bl-Ingliż tkellem bl-Ingliż sew. Forsi anke l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jorganizzaw laqgħat biex iwasslu l-importanza tal-komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tagħhom, li għandha tibda saħansitra mit-twelid. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003