DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ, WAQT DISKUSSJONI FUQ IS-SAĦĦA SESSWALI MAL-ISTUDENTI TAL-JUNIOR COLLEGE FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI KONTRA L-AIDS – L-IMSIDA – L-1 TA’ DIĊEMBRU 2010
pr2234
01/12/2010
| Jum dinji kontra | l-AIDS |
| L-Għaqda Dinjija | tas-Saħħa tfakkar il-Jum Dinji kontra l-AIDS propju llum l-1 ta’ Diċembru. Nfakkru din il-ġurnata sabiex nerġgħu nwasslu l-messaġġ ta’ prevenzjoni. Il-virus tal-HIV jittieħed minn persuna għall-oħra u l-aqwa arma li għandna kontra t-tixrid ta’ dan il-virus hija l-edukazzjoni. Irridu nkomplu nżidu aktar għarfien dwar kif tittieħed il-marda sabiex aktar u aktar nies ikunu jafu kif jistgħu jevitawha. |
| Sa mill-1986, 57 | persuna mietu bl-AIDS hawn Malta filwaqt li kellna 81 persuna huma reġistrati li għandhom din il-kundizzjoni. Din is-sena biss, sal-aħħar ta’ Ottubru għandna 19 il-kas ġdid ta’ HIV li minn dawn ħamsa kienu AIDS. |
| Il-UNAIDS, l-għaqda | li taħdem kontra l-HIV fi ħdan il-United Nations, għandha l-mira li tilħaq zero infections ġodda, jiġifieri li madwar id-dinja ma jkun hawn l-ebda infezzjoni ġdida tal-HIV. Tgħid dan huwa possibbli? L-esperti jgħidulna li iva, dan huwa possibbli. Kull ma jrid ikompli jsir huwa li tiżdied l-edukazzjoni dwar l-HIV u AIDS, u l-mod kif jinxtered il-virus. Jekk aktar u aktar nies jipproteġu ruħhom, l-infezzjonijiet jonqsu u saħansitra jonqsu għall-kollox. |
| Huwa importanti li | niftakru li l-problema hija tagħna wkoll. Ħafna nies jaħsbu li l-HIV hija problema ta’ ħaddieħor u mhux tagħhom. Forsi jemmnu li hija problema ta’ min jgħix stil ta’ ħajja differenti minn tagħhom. Il-verità hi li kulħadd huwa fir-riskju jekk ma jsegwix il-pariri li jingħataw. Fejn jidħlu relazzjonijiet sesswali għandu dejjem ikun hemm rispett kemm lejk innifsek kif ukoll lejn il-partner tiegħek. |
| Nhar il-Ġimgħa | varajna is-Sexual Health Policy nazzjonali tagħna. Din il-policy tpoġġi quddiema x’irridu nilħqu u fejn irridu naslu f’dak li hu s-saħħa sesswali. Dan huwa biss il-bidu. Minn hawn irridu nibnu strateġija għal kif se nwettqu din il-politika u għal dan, qed nistiednu lilkom iż-żgħażagħ biex tagħtu l-opinjoni tagħkom dwar dak kollu li tixtiequ li jsir. Bħal kull konsultazzjoni, mhux kull opinjoni se tiġi milqugħa, iżda tiġi kkunsidrata fi sfond ta’ x’inhu l-aħjar għall-poplu kollu. |
| Illum ġejna hawn biex | nitkellmu magħkom. Issa nistiednu lilkom biex tkellmuna u tgħidulna x’tixtiequ taraw isir li jirrigwardja s-saħħa sesswali, għall-ġid tagħkom. Il-ħajja sesswali tagħna m’għandiex tkun negattiva, iżda meta tkun qed isseħħ b’rispett lejna nfusna u lejn is-sieħeb jew sieħba tagħna, għandha tkun esperjenza pożittiva u li biha nikbru bħala bnedmin. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003