Impenn lejn it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi bi 15 fil-mija fuq in-negozji: Varat proġett tal-Management Efficiency Unit biex jitnaqqsu l-piżijiet f’għaxar oqsma differenti
pr2231
01/12/2010
| Il-Gvern | qed jintroduċi diversi inizjattivi biex jilħaq il-mira li jnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji bi 15 fil-mija sal-2012. Dawn l-inizjattivi għandhom iwasslu biex jonqsu l-ispejjeż reali u tanġibbli li l-industrija tal-manifattura u dik tas-servizzi qed iħallsu għaliha. Permezz tagħhom se jkunu iffrankati spejjeż żejda u ħin prezzjuż kemm liċ-ċittadini u kif ukoll lin-negozji. |
| Dan | sostnieh is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said meta indirizza konferenza organizzata mill-Management Efficiency Unit intiża biex ikun varat il-proġett ESF 4.87 ‘Niżviluppaw il-Ħiliet tas-Settur Pubbliku għall-Implimentazzjoni ta’ Regolamentazzjoni Aħjar’. |
| Il-Management Efficiency Unit akkwistat 1.6 miljun | ewro mill-Fond Soċjali Ewropew biex twettaq dan il-proġett tul is-sentejn li ġejjin. L-għan hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv f’numru ta’ oqsma bħal-liġi tal-kumpaniji; il-VAT u t-tassazzjoni; l-istatistika; is-servizzi finanzjarji; il-farmaċewtika; is-sajd; is-sigurtà tal-ikel; l-ambjent; l-impjiegi u l-ambjent tax-xogħol; u l-akkwisti u l-kuntratti pubbliċi. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Gvern | huwa impenjat li joħloq klima li twassal għal tkabbir ekonomiku fil-pajjiż, fejn il-mutur ewlieni wara dan it-tkabbir ikun is-settur privat. Dan it-tkabbir għandu jwassal għall-ħolqien ta’ aktar xogħol. “Li jkollna regolamentazzjoni ġusta hija waħda mill-għodda li l-Gvern qed juża biex jintlaħaq dan l-għan”, sostna Chris Said. |
| Hu | spjega kif fix-xhur li għaddew sar proċess ta’ konsultazzjoni ma’ tnax-il settur ta’ negozji u servizzi biex jiġu identifikati regolamenti u proċeduri fejn jinħtieġ trażżin jew tneħħija ta’ burokrazija żejda; tneħħa l-bżonn li ċ-ċittadini jew negozji jippreżentaw ċertifikati tat-twelid, żwieġ jew mewt lil dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern; tnieda l-ewwel kors fil-better regulation fis-servizz pubbliku; saru eżerċizzji ta’ mystery shopping biex ikun assigurat li l-miżuri qed jiġu mtennija. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fakkar fl-Att | dwar l-SMEs, fl-Abbozz ta’ Liġi li jistabbilixxi l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u fit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Hu qal li dawn l-iżviluppi kollha huma kollha maħsuba biex itejbu l-kwalità tas-servizz li jingħataw il-konsumaturi u n-negozji f’pajjiżna, mingħajr ma jkun hemm xkiel żejjed. |
| Fil-konferenza tkellem is-Segretarju Permanenti | Ewlieni Dr. Godwin Grima li saħaq fuq il-miri li qed ikunu stabbiliti fis-Servizz Pubbliku biex iċ-ċittadin u n-negozji jingħataw servizz aħjar. Hu ħeġġeġ lid-Kapijiet tal-Awtoritajiet u lid-Diretturi tad-Dipartimenti biex iwettqu l-pjan tal-Gvern għal Regolamentazzjoni Aħjar. |
| Il-Kap | Eżekuttiv tal-Management Efficiency Unit John W. Aquilina qal li bit-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi, in-negozji jibqagħlhom aktar flus biex ikunu jistgħu jinvestu f’riżorsi u impjiegi ġodda, u fil-kreattività. |
| Paul | Debattista, Konsulent Maniġerjali tal-MEU, qal li hemm qbil dwar l-imsieħba soċjali li filwaqt li hemm bżonn ta’ regolamenti u infurzar tal-liġijiet ħalli jkun hemm kompetizzjoni ġusta, dan m’għandux iwassal għal burokrazija żejda u mili ta’ dokumentazzjoni. Biex dan iseħħ, hemm bżonn li tkompli il-koordinazzjoni bejn id-dipartmenti, entitajiet u Ministeri, ħalli l-għan aħħari li tonqos il-burokrazija, iseħħ. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003