Left arrow Go Back

IMNIEDI L-MASCOT IL-ĠDID TAL-ISPTAR MONTE KARMELI

pr2228
Date Icon 30/11/2010
“Zafferina” impinġi minnLucia Calleja ġie magħżul bħala l-mascot il-ġdid tal-Isptar Monte Karmeli.  Din l-għażla ġiet imħabbra llum waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie spjegat li l-kompetizzjoni kienet miftuħa għall-istudenti kollha tal-iskejjel differenti.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea qal li dan kien pass ieħor li permezz tiegħu ħeġġiġna s-soċjetà titkellem dwar is-saħħa mentali.  Fil-fatt, il-parteċipanti riedu li l-ewwel jifhmu l-ħidma li ssir fl-isptar biex ikunu jistgħu joħolqu mascot li jirrelata.
L-Onor. Galearringrazzja lill-istudenti li wrew interess u li pparteċipaw. Hu qal li issa l-mascot se jsir f’forma diġitali sabiex ikun jista’ jintuża fil-publikazzjonijiet varji tal-isptar.  Se jsir ukoll kostum tal-mascot sabiex ikun jista’ jiġi użat fl-iskejjel u attivitajiet oħra waqt kampanji edukattivi.
Qiegħed jiġi mħejjiwkoll dokumentarju qasir li se jintuża bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni dwar is-saħħa mentali u l-ħidma tal-Isptar Monte Karmeli.
L-istudenti kollha lipparteċipaw ġew ippreżentati b’ċertifikat ta’ tifkira mis-Sur David Galea, Chairman tal-Bord tad-Diretturi flimkien mas-Sur Edward Borg, CEO tal-Isptar Monte Karmeli.
Is-Sinjorina Callejaġiet ippreżentata b’laptop minn rappreżentant tal-Bank Of Valletta.
Il-bord tal-għażla kienimmexxi minn Trevor Zahra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow