Left arrow Go Back

L-Awtorita’ tad-Djar ħabbret żewġ skemi għal titjib f’oqsma ta’ Djar tal-Gvern

pr2222
Date Icon 30/11/2010
L-Awtorita’ tad-Djarħabbret żewġ skemi li bi ħsiebha twettaq flimkien mal-Kunsilli Lokali bl-iskop li jkun hemm titjib kemm fil-komunita’ kif ukoll titjib fiżiku f’żoni fejn hemm blokki ta’ appartamenti tal-Gvern.
Dan tħabbar f’konferenzatal-aħbarijiet li taw flimkien il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari Chris Said li fost responsabbiltajiet oħra, hu responsabbli wkoll mill-Kunsilli Lokali.
Dawn iż-żewġ skemi jurul-impenn tal-Gvern fil-qasam tal-politika soċjali, billi jindirizza l-bżonnijiet ta’ sezzjonijiet tal-poplu b’mod ħolistiku filwaqt li joffri servizzi ġodda u aħjar fil-komunita’.
Il-Ministru Cristinaqalet li permezz ta’ dawn l-iskemi qed nittraduċu l-politika soċjali f’politika bbażata fuq ħidma flimkien, fejn servizzi offruti minn dipartimenti u entitajiet governattivi differenti jingħaqdu flimkien mal-Kunsilli Lokali u għaqdiet mhux governattivi biex  joffru servizz wieħed għall-benefiċċju tal-komunita’.
F’dan il-każ, l-Awtorita’tad-Djar li normalment twettaq xogħlijiet relatati mal-bini ta’ djar u appartamenti u tgħin f’każi ta’ akkomodazzjoni soċjali, se tingħaqad mal-Korporazzjoni ghax-Xogħol u t-Taħrig permezz tal-Iskema Xogħol fil-Komunita’ u mal-Kunsilli Lokali fl-irħula u l-ibliet tagħna biex flimkien jindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti tal-lokalita’ tagħhom bl-iskop li ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja tan-nies u l-ambjent fejn jgħixu.
L-ewwel skematal-Awtorita’ tad-Djar, il-‘Community Development Scheme’, tħares lejn kif nistgħu ntejbu l-ambjent ta’ madwar il-binjiet tal-Gvern. Hu importanti li nitilqu mill-idea li aħna għandna x’naqsmu biss ‘mill-bieb ‘il ġewwa’. Irridu napprezzaw il-bżonn li l-ambjent mad-dawra tal-binja fejn ngħixu jkun sigur, nadif u joffri post aħjar biex il-familji tagħna jkunu jistgħu jrabbu t-tfal tagħhom, fejn l-anzjani jkunu jistgħu jintegraw aktar fis-soċjetà, u fejn il-familji jħossuhom aktar komdi, b’faċilitajiet li jixirqilhom.
Biex dinl-iskema tkun suċċess, hemm bżonn is-sehem tal-kunsilli lokali. Il-kunsilli għandhom rwol fundamentali fis-soċjeta’, saru parti integrali mill-ħajja tal-familji, u jaħdmu biex iżommu fi stat tajjeb u jsebbħu l-lokalitajiet li għalihom huma responsabbli. Bl-esperjenza li kisbu matul iż-żmien, il-Kunsilli jistgħu jgħinu lill-Awtorita’ tad-Djar tħares iktar il-bżonnijiet tar-residenti u b’hekk inkunu qed nersqu iktar qrib in-nies. Huwa għalhekk li llum qegħdin naraw żwieġ bejn il-politika soċjali u l-ħidma siewja li qed issir fuq livell lokali.
Il-Gverndiġa’ joffri għajnuna lill-Kunsilli biex isebbħu l-lokalitajiet tagħhom. Issa, l-Awtorita’ tad-Djar, b’responsabbilta’ li ttejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tan-nies li jgħixu fil-postijiet tal-Gvern, qed tniedi skema b’fond ta’ €675,000 għas-sena d-dieħla, biex tgħin lill-Kunsilli Lokali joħorġu bi proposti biex isebbħu l-inħawi ta’ l-Oqsma tad-Djar madwar Malta u Għawdex.
Dinl-iskema ma tieqafx hawn. L-Awtorita’ se tiffinanzja proġetti li jinkludu wkoll attivatijiet għall-benefiċċju tal-komunita’. Attivitajiet marbuta mal-edukazzjoni tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti u anke l-anzjani. Attivitajiet li jistgħu jinkludu taħriġ biex insaħħu l-familja bħal budgeting skills u  parental skills, għajnuna u sapport lill-persuni b’diżabilita’, lezzjonijiet lit-tfal, u ideat oħra li jiġu mill-kunsilli lokali jew mill-istess komunitajiet li jgħixu f’dawn l-oqsma. Dawn l-attivitajiet huma importanti għaliex jibnu fuq il-bżonnijiet tal-familja li jgħixu fl-oqsma tad-djar.
Il-Ministru Cristina qalet li sfortunatament,fl-oqsma tad-djar tal-Gvern ħafna drabi jsir ħafna vandaliżmu. Nisimgħu b’każi ta’ abbuż ta’ drogi; tfal li ma jattendux l-iskola kuljum; issib ċerta telqa; u nuqqasijiet oħra li jistgħu jpoġġu lil ċerti nies f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ fis-soċjeta’. Permezz ta’ dawn l-iskemi il-Gvern irid jiżgura li apparti x-xogħol ta’ tisbiħ f’dawn l-oqsma, ninvestu wkoll fil-qasam edukattiv fl-interess tal-familji li jgħixu fihom li permezz tal-programmi offruti jkun aktar faċli għalihom li jsibu opportunitajiet ta’ xogħol jew xogħol aħjar, ikollna familji aktar sodi u tfal u żgħażagħ b’saħħithom u bil-ħiliet meħtieġa biex jgħixu ħajja komda fis-soċjeta’ tal-lum.
Jekkil-Kunsilli Lokali jħossu li m’humiex attrezzati biżżejjed biex jagħtu dan it-taħriġ jew biex jidentifikaw x’inhuma l-aħjar attivitajiet addattati għar-residenti tal-komunitajiet tagħhom, il-Ministru Cristina ħeggithom biex jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet volontarji u organizzazzjonijiet oħra bħal Sedqa u Appoġġ biex ikunu jistgħu jressqu proposti  li jsaħħu l-familji li jgħixu f’dawn iz-zoni.
It-tieni skema mħabbramill-Awtorita’ tad-Djar hi dwar ‘Pjan ta’ Manutenzjoni fil-Binjiet tal-Gvern’.  Dan hu pass ieħor importanti. Dan hu pjan mifrux fuq 6 snin fejn il-blokki residenzjali kollha tal-Gvern li huma bil-kera se jingħataw l-attenzjoni meħtieġa biex ikun assigurat ambjent isbaħ, iktar nadif u żgur. L-involviment fuq livell lokali f’dan il-pjan hu essenzjali għaliex b’hekk inkunu nistgħu nutilizzaw ir-riżorsi tal-pajjiż b’mod aktar effettiv filwaqt li noffru servizz ta’ kwalita’ aħjar.
Hemm mal-1,209 binjaresidenzjali tal-Gvern li fihom joqogħdu madwar 7,000 familja. Biex jintlaħqu dawn il-binjiet kollha u niżguraw li x-xogħol li għandu jsir biex il-bini u l-partijiet komuni jinżammu fi stat tajjeb u diċenti, l-involviment fuq livell lokali mill-Kunsilli huwa ferm meħtieġ.
Il-Ministru Cristinaqalet li l-kunsilli jafu lir-residenti tal-lokal, jafu liema huma dawk il-binjiet li l-iktar qegħdin fi stat ħażin u x’tip ta’ xogħol hemm bżonn isir fihom. Għalhekk l-Awtorita’ qed tfittex l-għajnuna tal-kunsilli fil-52 lokalita’ fejn hemm binijet tal-Gvern biex jgħinuha twettaq dan il-programm ta’ manutenzjoni.
L-Awtorita’ tad-Djarminn dejjem ippruvat iżżomm relazzjoni tajba mal-Kunsilli Lokali għax il-politika ta’ housing tagħha hi mmirata biex kemm jista’ jkun tindirizza bl-aħjar mod il-bżonnijiet tan-nies. Hu fatt li kull meta l-Awtorita’ imxiet id f’id mal-kunsilli, dejjem inkisbu r-riżultati mixtieqa.
Il-Ministru ħabbret lihemm fond ta’ €1 miljun fis-sena għal dawn is-sitt snin biex dan il-pjan jirnexxi. Kull sena huwa ppjanat li jkunu rranġati madwar 200 binja f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Għas-sena li ġejja l-Awtorita’ mistennija tilħaq ftehim ma’ madwar 20 kunsill lokali u mistennija tilħaq mal-2,300 familja.
L-iskematal-ETC ‘Community Work Scheme’ hi għodda importanti li diġà qed tintuża minn ħafna kunsilli. Il-Gvern qed jaspira li dawn iż-żewġ skemi jkollhom impatt pożittiv fuq l-aċċess tal-Kunsilli Lokali għal din l-iskema biex jikbru l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-persuni qiegħda li jagħmlu xogħol siewi fil-komunita’ permezz ta’ din l-iskema.
Biex dan il-pjan ta’ manutenzjoni jkun wieħedsostenibbli, l-Awtorita’ tad-Djar tixtieq iddaħħal kunċett kemmxejn ġdid fejn jidħlu l-postijiet tal-Gvern, dak li jitwaqqfu Assoċjazzjoni tar-Residenti. Hawnhekk ukoll l-Awtorita’ qed titlob l-għajnuna tal-Kunsilli Lokali għaliex huma għandhom kuntatt dirett man-nies u jkunu jistgħu jiffaċilitaw aħjar il-proċess biex dawn l-assoċjazzjonijiet jibdew jiġu żviluppati.
L-Assoċjazzjoni tar-Residentihi fattur importanti fil-management tal-binijiet tal-Gvern. Fis-settur privat, dawn l-assoċjazzjonijiet qed ikunu ta’ suċċess u għalhekk tajjeb li nadottaw l-istess prinċipju. Jista’ jkun li f’ċertu binjiet forsi jkun iktar diffiċli minn oħrajn biex naslu għal ftehim bejn ir-residenti iżda jekk issir ħidma flimkien, jiġifieri l-Awtorita’, il-Kunsill u r-residenti, jista’ jkollna assoċjazzjonijiet tar-residenti li jkunu suċċess.
L-għan ta’ dinl-assoċjazzjoni hu li nsaħħu l-involviment tar-residenti fiż-żamma u l-manutenzjoni tal-partijiet komuni tal-binja fejn jgħixu kif ukoll insaħħu r-responsabilita’ tal-poplu lejn il-ġirien u l-komunita’. B’hekk inkunu wkoll qed insaħħu l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi varji fis-soċjeta’ għaliex kulmin jgħix f’post tal-Gvern se jingħata l-opportunita’ b’mod ugwali li jagħti sehem attiv fl-immaniġġjar tal-binja u jkun parteċipi fil-komunita’.
Se tkun għaddejjakampanja ta’ informazzjoni mar-residenti f’dawn il-postijiet tal-Gvern skont il-pjan ta’ manutenzjoni biex isiru jafu aktar fuq xi tfisser l-Assoċjazzjoni tar-Residenti, x’inhuma r-responsabilitajiet tagħha, kif din tista’ taħdem b’mod tajjeb u kif ir-residenti għandhom jaħdmu flimkien u jirrispettaw ix-xogħol u l-parteċipazzjoni ta’ xulxin fid-deċiżjonijiet tal-komun li jgawdi minnu kulħadd.
Il-Ministru Cristinaħeġġet lill-Kunsilli Lokali biex jidħlu bi sħab mal-Awtorita’ tad-Djar u jissottomettu proposti innovattivi biex isebbħu l-lokalitajiet u ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-familji tagħna. Hi ħeġġet ukoll lir-residenti biex jikkoperaw mal-Awtorita’ u l-Kunsilli biex ikollhom sehem attiv u nimplimentaw il-pjan ta’ manutenzjoni fuq il-binjiet residenzjali tal-Gvern b’suċċess.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jagħtu sehemhom fis-suċċess taż-żewġ skemi mħabbra llum għaliex b’hekk ikunu qed jgħinu biex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja fil-komunitajiet li huma jirrappreżentaw.
Chris Said spjega liħadd daqs il-Kunsill Lokali, magħmul minn kunsillieri eletti mill-komunitajiet li jgħixu fihom biex jirrappreżentawhom, ma jaf x’inhuma l-ħtiġijiet tal-istess komunitajiet. Għalhekk ir-rwol tal-Kunsilli Lokali f’dawn l-iskemi hu essenzjali.
Il-Kunsilli Lokali sargħandhom sehem mill-aktar importanti fit-tmexxija. Chris Said qal li l-iskemi mfassla mill-Awtorita’ tad-Djar huma skemi soċjali għax huma intiżi biex itejbu l-ambjent fil-Binjiet tal-Gvern u biex iħeġġu lill-inkwilini fl-istess binjiet jibdew jagħtu sehemhom fiż-żamma tal-postijiet fejn joqogħdu.
“Hu importanti li ntejbul-ambjent komuni tal-appartamenti tal-Gvern, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra madwar l-istess appartamenti. Dan għall-ġid tar-residenti li jgħixu fihom kif ukoll fl-istess zona u l-bqija tal-lokalita’. Inħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali jidħlu għal dan l-impenn għax huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmlu dan ix-xogħol”.
Chris Said appella wkolllill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu użu aħjar mill-ħaddiema tal-IPSL u minn dawk li qed jipparteċipaw fl-Iskema ta’ Xogħol fil-Komunita’.
Fil-konferenza tkellmuwkoll is-Sur Charles Borg, u Dr. Albert Buttigieg, Chairman u Kap Eżekuttiv rispettivament tal-Awtorita tad-Djar u Dr. Sandra Sladden, Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow