Left arrow Go Back

330 Supply Learning Support Assistant temmew kors li permezz tiegħu jistgħu jsiru tal-post

pr2221
Date Icon 30/11/2010
330Supply Learning Support Assistants li ilhom għal bosta snin jagħtu servizz fl-iskejjel tal-Gvern, temmew b’suċċess kors li sar apposta għalihom u issa għandhom il-possibbiltà li jsiru tal-post u jkollhom impjieg permanenti.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja,Dolores Cristina, iltaqgħet ma’ dawn il-Learning Support Assistants f’ċerimonja li warajha ngħataw iċ-ċertifikat li juri li temmew b’suċċess kors li l-ftehim dwaru kien intlaħaq bejn il-Gvern u l-MUT ftit aktar minn sentejn ilu.
F’diskors li għamlet il-Ministru Cristina ferħet ufl-istess ħin irringrazzjat lil dawn in-nies għas-snin twal ta’ servizz li diġà taw lill-pajjiż fejn għenu numru ta’ tfal li kienu jinħtieġu l-appoġġ tagħhom biex ikomplu mexjin ’il quddiem fl-edukazzjoni tagħhom.
Ftitaktar minn sentejn ilu, kien iffirmat Memorandum of Understanding mal-Union tal-Għalliema li permezz tiegħu l-Gvern intrabat li lil dawn is-Supply Learning Support Assistants u mijiet oħra ta’ Kindergarten Assistants li ilhom jagħtu servizz fl-iskejjel tagħna għal numru ta’ snin, jingħataw il-possibbiltà li jagħmlu kors li meta jispiċċawh jingħataw ċertifikat li bih ikunu jistgħu japplikaw biex isiru tal-post u allura jserrħu rashom mill-futur tagħhom.
“Il-lumqegħdin hawn għax intom temmejtu b’suċċess dak il-kors u l-Gvern qed iżomm kelmtu magħkom u issa se tirċievu ċertifikat li jagħtikom din l-opportunità”, qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni.
Metatnediet il-Politika ta’ l-Inklużjoni fl-Iskejjel fis-sena 2000, il-Gvern ikkommetta ruħu biex idaħħal kultura inklussiva fl-iskejjel.
Wieħedirid iħares lejn l-inklużjoni minn lenti wiesgħa ħafna.  Sa ftit snin ilu meta kienet tissemma’ l-kelma “inklużjoni” moħħna kien imur lejn persuni b’xi forma ta’ diżabilità. Il-lum b’inklużjoni nifhmu t-tfal kollha, bir-realtajiet individwali u differenti tagħhom.
Fl-2005l-Gvern ikkummissjona rapport – dak li nirreferu għalih bħala is-“Spiteri Report” dwar l-istudenti b’diżabilità. Sal-lum, kważi r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru f’dak ir-rapport ġew implimentati.  Fil-fatt anke l-job description tal-Learning Support Assistants inbidlet biex iddaħlet fiha kultura aktar inklussiva.
Il-lum,l-LSAs qegħdin fil-klassijiet biex jgħinu lill-għalliema mat-tfal kollha filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għal dawk li għandhom dak li jissejjaħ Statement of Needs. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tal-għalliema ġiet żviluppata wkoll biex tassigura li dawn għandhom responsabbiltà sħiħa għat-tagħlim tat-tfal kollha, huma x’inhuma d-diffikultajiet tagħhom.
Dinil-kultura inklussiva kompliet tissaħħaħ bir-riforma tat-tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja fejn issa nħolqu klassijiet bi tfal b’abiltajiet differenti.  L-għalliema qed jingħataw taħriġ apposta biex ikunu jistgħu jaħdmu ma’ tfal b’ħiliet differenti.  Anke l-istudenti jibbenefikaw minn din is-sistema għax jiżviluppaw huma wkoll valuri inklussivi.
F’danl-ambjent, studenti li huma statemented kapaċi jiżviluppaw aħjar il-ħiliet intelletwali u soċjali tagħhom.  F’dan l-ambjent, l-LSAs iridu jaħdmu mal-istudenti kollha.
Il-lumgħandna 1793 Learning Support Assistant li qed jaħdmu fil-klassijiet tal-iskejjel tagħna u li qed jiffukaw b’mod partikolari fuq 2779 tifel u tifla li jinħtieġu l-għajnuna tagħhom aktar minn studenti oħra.
Il-Ministru Cristina fakkret li minn sentejn ’l hawnil-Gvern beda jgħin ukoll lill-ġenituri ta’ tfal li jattendu skejjel indipendenti u li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ nies bħall-LSAs, billi jingħaddulhom flus biex ikunu jistgħu jħallsu għas-servizzi tal-LSAs.
Id-Direttorat tal-Edukazzjoni, bl-għajnunatal-Learning Support Assistants qed joffri servizzi aħjar lill-isudenti skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.  Fil-Kulleġġi tagħna l-lum għandna bosta servizzi li jinkludu:

·        L-Early Intervention Services;

·        Għalliema Peripatetic għal dawk li għandhom diffikultajiet fis-smiegħ jew fil-vista;

·        L-Autism Support Team;

·        Aċċess għall-ACTU (Access to Communication and Technology Unit);

·        Speċjalisti biex jaħdmu ma’ tfal b’diffikultajiet soċjali jew emozzjonali;

·        Għalliema apposta għal tfal li qed ifittxu l-Ażil u m’għandhomx ġenituri hawn;

·        Ħaddiema Soċjali;

·        Counsellors tal-Kulleġġi, tal-Iskejjel u Trainee Counsellers;

·        Educational Psychologists u Trainee Psychologists;

·        Psikoterapisti;

·        Guidance Teachers;

·        Prefetti tad-Dixxiplina;

·        Professjonisti li jagtħu pariri lill-istudenti;

·        Inħolqu Nurture Groups fil-Primarji;

·        Inħolqu Learning Support Zones fis-Sekondarji;

·        Literacy Support Teachers u Complementary Teachers.

Dan hut-tim li l-lum għandna fl-iskejjel tagħna biex ikun assigurat li t-tfal, irrispettivament mill-ħiliet u d-diffikultajiet tagħhom kif ukoll il-familji tagħhom, iħossuhom inklużi fil-komunità skolastika.
Biextkompli tissaħħaħ il-kultura inklussiva, tfassal ukoll pjan edukattiv individwali għal kull student jew studenta u ddaħħlu wkoll il-Peer Preparation Programmes fejn it-tfal jitgħallmu kif jaċċettaw id-diversità ta’ sħabhom.
F’danil-kwadru, ir-rwol tal-Learning Support Assistants hu importanti ħafna għax iridu jikkollaboraw, jikkomunikaw u jikkooperaw ma’ dawk kollha involuti fil-qasam edukattivi inkluż il-ġenituri u t-tfal stess.
Il-Ministru Cristina żiedet għid li “Naf ligħalikom, il-ħidma li tagħmlu mat-tfal fl-iskejjel ma hix sempliċement impjieg imma ssir vokazzjoni.  Lit-tfal fdati fil-kura tagħkom issiru tħobbuhom bħalikieku kienu uliedkom stess.  U dan jgħin ħafna lit-tfal infushom fl-iżvilupp tagħhom.  Tant hu hekk li spiss ikollna talbiet minn ġenituri biex inħallukom mal-istess tfal anke jekk dan ma jkunx fl-interess tagħhom”.
“Ta’ dankollu, f’ismi, f’isem id-Direttorat għas-Servizzi tal-Istudent u f’isem il-ġenituri, irrid nirringrazzjakom.  Il-ġest li qed nagħmlu magħkom illum, kien ġest dovut, li jagħmel ġustizzja magħkom u jagħtikom is-serħan tal-moħħ li tant tixtiequ”.
Il-Ministru temmet billi awgurat lil dawnl-impjegati aktar ħidma fejjieda mal-istudenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow