FOLKGĦABEX 2010 – Festival Internazzjonali tal-Folklor f’Għawdex
pr2216
29/11/2010
| Fil-jiem | li għaddew f’Għawdex ġie mtella’ festival internazzjonali tal-folklor, organizzat mill-Grupp Folkloristiku Astra b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Victoria. Dan il-festival ġie organizzat biex jiġi mfakkar l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp Folkloristiku Astra. Matul din l-attività nġabru wkoll fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. |
| Waqt | iċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ ta’ dan il-festival, li saret fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ferħet lill-membri tal-Grupp Folkloristiku Astra għas-snin twal li dan il-grupp serva bħala ambaxxatur tal-gżejjer Maltin, kemm f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż, permezz taż-żfin u l-kant folkloristiku li huwa element li jagħti identità lill-gżira. Hija qalet li dan il-festival li fih qed jipparteċipaw ukoll gruppi barranin, huwa wkoll ċertifikat tat-tradizzjonijiet tal-pajjiżi rispettivi li baqgħu jiġu mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-Ministru Giovanna Debono sostniet li minbarra li joħolqu atmosfera kkulurita u divertenti, dawn l-okkażjonijiet iservu wkoll bħala mezz ta’ djalogu u ħbiberija, li jsaħħu aktar l-għaqda bejn il-popli. Hija qalet li l-Ministeru għal Għawdex se jkompli jsostni dawn l-inizjattivi li jkomplu jsaħħu l-wirt kulturali tal-gżira ta’ Għawdex. |
| Id-Direttur tal-Festival, is-Sur Anthony Zammit kif | ukoll il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Sur Paul Zammit għamlu wkoll diskors tal-okkażjoni. |
| Dan | il-festival kien mifrux fuq ħamest ijiem u kien jinkludi serati għall-anzjani fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Għajnsielem u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, parati fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta u l-Belt Victoria, serata fiż-Żejtun, wirja ta’ żfin u mużika folkloristika għall-istudenti Għawdxin fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex, attività fi Pjazza San Ġorġ f’Victoria, L-Għabex – wirja folkloristika ta’ sagħtejn fit-Teatru Astra, wirja tal-muturi u festival tal-inbid fi Triq ir-Repubblika f’Victoria, kif ukoll rappreżentazzjonita’ tieġ tradizzjonali Malti. |
| F’dan | il-festival ipparteċipaw ukoll gruppi folkloristiċi oħra Għawdxin kif ukoll gruppi barranin li ġew mir-Repubblika Ċeka, l-Italja u l-Portugall. |
| Il-festival intemm il-Ħadd filgħaxija permezz ta’ | wirja ta’ żfin u mużika fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Victoria fejn saret ukoll preżentazzjoni ta’ tifkiriet marbuta ma’ din l-okkażjoni, mis-Sindku tal-Belt Victoria Dr Samuel Azzopardi. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003