Left arrow Go Back

Attivitajiet miżjuda għall-istudenti Għawdxin fi ħdan il-Gozo College

pr2215
Date Icon 29/11/2010

Madwar 200 student u studenta li bħalissa qed jattendu l-iskejjel sekondarji tal-bniet u s-subien f’Għawdex għadhom kif temmew b’suċċess korsijiet prattiċi fl-użu tal-kompjuter. B’hekk huma kisbu ċ-ċertifikazzjoni ECDL li se tkompli żżid ma’ ċertifikati u kompetenzi oħra li jservuhom għall-futur tagħhom.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qassmet iċ-ċertifikati lir-rappreżentanza ta’ dawn l-istudenti waqt attività li ġiet imtellgħa mill-Gozo College fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex. Għal din l-attività kien hemm preżenti wkoll il-Prinċipal tal-Gozo College, Chev Frank Gatt, flimkien ma’ numru ta’ kapijiet ta’ skejjel u studenti minn skejjel tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja f’Għawdex.

L-Onor. Giovanna Debono ferħet lill-istudenti li pparteċipaw f’dawn il-korsijiet  filwaqt li faħħret id-diversi inizjattivi meħuda mill-Gozo College b’risq il-qasam edukattiv f’Għawdex. Hija fissret kif din il-ħidma hija investiment siewi li l-valur  tiegħu huwa rifless fir-riżultati miksuba mill-istudenti Għawdxin f’kull livell tal-qasam edukattiv. Dan huwa wkoll frott tal-prinċipji marbuta ma’ edukazzjoni inklużiva fejn ħadd ma jibqa’ lura li hija wkoll mibnija fuq il-ħiliet tal-istudenti. Il-Ministru għal Għawdex fissret kif il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat f’ħidma li tikkoordina xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fl-iskejjel kollha f’Għawdex filwaqt li għamlet referenza għall-proġett ta’ bini ta’ skola sekondarja ġdida għas-subien, li se jiġi inawgurat fil-jiem li ġejjin u li diġà beda jintuża minn studenti Għawdxin.

Waqt dinl-attività saret ukoll preżentazzjoni ta’ CD li fiha hemm miġbura dettalji minn attivitajiet li saru minn studenti f’kull skola f’Għawdex fiċ-Ċentru Xjentifiku tal-Lunzjata li jinsab fl-inħawi ta’ dan il-wied pittoresk f’Għawdex. Dan ic-CD se jservi wkoll bħala rikordju tas-sena li kienet iddedikata mill-Ġnus Magħquda bħala s-sena tal-biodiversità.
Filwaqtli ġiet ippremjata studenta li kienet tattendi l-iskola sekondarja tal-bniet f’Għawdex u li din is-sena kisbet l-ewwel post fl-eżami tal-Malti tas-SEC ġie mniedi wkoll premju għall-intraprenditorija li se jippremja lil dak l-istudent jew studenta li ser juru sens ta’ intraprenditorija u proattività matul is-sena skolastika li qegħdin fiha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow