Left arrow Go Back

L-FISTF WORLD GRAND MASTERS 2010 F’GĦAWDEX

pr2213
Date Icon 29/11/2010
Fi tmiem il-ġimgħa ligħaddiet, Għawdex ospita l-FISTF World Grand Masters 2010, kompetizzjoni tat-Table Football organizzata mill-Malta Table Football Sports Association (MTFSA), bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport.
Din il-kompetizzjoniġiet inawgurata mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, u mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli. Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għal benefiċċji li qed tieħu l-gżira Għawdxija permezz ta’ attivitajiet sportivi ta’ dan il-kalibru, u li fihom qed jipparteċipaw mhux biss sportivi Għawdxin u Maltin, iżda wkoll kompetituri barranin. Żiedet tgħid li minbarra l-valur sportiv tal-kompetizzjoni, dawn l-avvenimenti jagħtu spunt għal element ta’ promozzjoni diretta għal Għawdex bħala destinazzjoni turistika billi joffru opportunità biex il-gżira ta’ Għawdex tkun esposta fil-mezzi tax-xandir internazzjonali, speċjalment fil-media sportiva. Il-Ministru Giovanna Debono qalet li din il-kompetizzjoni u attivitajiet sportivi oħra organizzati f’Għawdex joħorġu l-potenzjal tal-gżira b’rabta mat-turiżmu sportiv. Hija sostniet li s-suċċess ta’ dan it-tournament u attivitajiet simili għandhom iservu ta’ bażi biex jiġu organizzati kompetizzjonijiet ta’ dan it-tip fil-gżira ta’ Għawdex.
L-Onor. Clyde Puliqal li l-Gvern qiegħed jgħin lill-għaqdiet sportivi Maltin sabiex ikomplu jikbru kemm fin-numru ta’ membri kif ukoll billi jorganizzaw attivitajiet fuq livell internazzjonali f’pajjiżna. Hawnhekk l-Onor Puli semma l-iskema ta’ turiżmu sportiv għal Għawdex. Hu qal li l-MTFSA hija t-tieni għaqda sportiva li qed tibbenefika minn din l-iskema wara s-suċċess tal-Gozo Grand Sprint li saret ftit tal-jiem ilu. L-Onor. Puli saħaq dwar il-bżonn li f’pajjiżna noħolqu niċeċ ta’ turiżmu sportiv għaliex dan hu l-mod kif il-Maltin ikunu jistgħu jitħarrġu ma’ kompetituri barranin f’pajjiżhom u fl-istess ħin inkunu qed niġbdu turisti ġodda lejn pajjiżna.
Is-SegretarjuParlamentari fakkar ir-riżultati li Malta qed tikseb permezz ta’ dan l-isport, billi din is-sena pajjiżna rebaħ it-Tazza tad-Dinja tat-Table Football u stqarr li jeħtieġ li nrawmu aktar tfal f’dan l-isport biex inżommu u nibnu fuq is-suċċessi preżenti.
Waqt din l-attività,rappreżentanti tal-Malta Table Football Sports Association ippreżentaw sett komplut għal-logħob ta’ dan l-isport lil numru ta’ għaqdiet taż-żgħażagħ Għawdxin kif ukoll skejjel f’Għawdex. Dan bil-għan li tiġi promossa l-logħba tat-table football anke fil-gżira ta’ Għawdex.
Għall-FISTF WorldGrand Masters 2010 kien hawn preżenti fost l-aqwa plejers mondjali, fosthom ir-rebbieħ tal-aħħar kampjonat dinji l-Ispanjol Carlos Flores u r-rebbieħ tal-kampjonat dinji ta’ taħt id-19-il sena ta’ din is-sena, l-Ispanjol Jose Antonio Gomez Ros. Il-kompetituri Maltin li ħadu sehem kienu Joseph Borg Bonaci rebbieħ tal-kampjonat Mondjali 1994 li kien sar fi Franza, Roderick Sciberras, rebbieħ tal-istess kategorija fl-2003 kif ukoll Mark Gauci, rebbieħ tal-aħħar tliet kampjonati premier. Għal din il-kompetizzjoni kien hawn ukoll il-Head Referee barrani, is-Sur Stefano Tagliaferri. Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni kien l-Ispanjol Carlos Flores. Bħalissa t-tim Malti tat-Table Football huma ċ-champions renjanti tat-Tazza tad-Dinja fl-Isport tat-Table Football. Fil-fatt il-membri tat-tim ipparteċipaw ukoll fil-logħob li sar f’Għawdex fi tmiem din il-ġimgħa.
Wara s-suċċess ta’din il-kompetizzjoni, l-MTFSA għandha pjanijiet li terġa’ torganizza f’Għawdex, kompetizzjoni akbar is-sena d-dieħla.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow