Left arrow Go Back

Il-Viċi Prim Ministru Dr Tonio Borg jiffirma ftehim dwar il-viżas mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstrijak

pr2209
Date Icon 29/11/2010
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Dr Tonio Borg iffirma ftehim importanti dwar il-viżas mal-Astrija matul żjara uffiċjali f’Malta li għamel Dr. Michael Spindelegger, Ministru Federali għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tal-Awstrija. L-iffirmar seħħ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Waqt li kien qedjindirizza l-midja, Dr Tonio Borg qal li dan huwa t-tieni ftehim tax-xorta tiegħu; u ser jieħu post dak li kien ġie ffirmat fl-2004. Dan il-ftehim jirrapreżenta strument ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viżas. Għandu wkoll jiffaċilita l-ħruġ ta’ viżas mill-awtoritajiet Awstrijaċi li ser ikunu qed jirrapreżentaw il-Gvern Malti f’numru sostanzjali ta’ pajjiżi fid-dinja. Dan minħabba n-numru limitat ta’ ambaxxati Maltin li pajjiżna għandu madwar id-dinja.
Ir-relazzjonijiet bejniż-żewġ pajjiżi kienu kkaratterizzati minn numru ta’ ftehim bilaterali, li kienu fl-interess taż-żewġ naħat, kif ukoll minn numru ta’ żjajjar bejn Malta u l-Awstrija.
Il-Viċi Prim Ministruenfasizza r-rabtiet kummerċjali ta’ negozju w investiment li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. L-investiment dirett barrani Awstrijak preżenti f’pajjiżna huwa wieħed konsiderevoli. Numru sostanzjali ta’ banek Awstrijaċi joperaw f’pajjiżna, u li magħhom jħaddmu numru ta’ gradwati Maltin. Il-preżenza ta’ numru ta’ banek f’Malta hija turija ċara tal-viżjoni tal-Gvern sabiex jagħmel minn pajjiżna ċentru għas-settur finanzjarju.
Dr Tonio Borg għamelreferenza għas-sehem maġoritarju tal-ajruport ta’ Vjenna fil-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Din is-sħubija strateġika hija prova tar-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Awstrija. Ta’ min wieħed ukoll jinnota li hawn numru ta’ kumpaniji tal-I-gaming betting li joperaw f’Malta, kif ukoll, numru żgħir ta’ kumpaniji industrijali, primarjament bi speċjalizazzjoni fl-injection moulding, l-elettronika u l-farmaċewtika.
Il-Viċi Prim Ministruqal li l-kumpaniji Awstrijaċi jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri Malta, partikolarment sabiex isservi bħala pjattaforma sabiex jitkabbar in-negozju mal-Afrika ta’ Fuq. Huwa rrefera għal kumpanija ewlenija Awstrijaka, il-VAOS Limited, li topera kemm minn Malta kif ukoll minn Tripli. Din hija kumpanija li topera fil-qasam tas-servizzi tal-inġinerija, partikolarment fis-settur taz-zejt bi klijenti Libjani.
L-Ambaxxata Maltija fiVjenna hija għodda importanti fit-tisħiħ ta’ din il-kollaborazzjoni. Din taħdem sabiex tippromwovi lil Malta fis-settur tat-turiżmu u l-investiment. Wieħed irid ifakkar il-promozzjoni li ħadet Malta fl-organizzazzjoni ta’ Business Forum, li ttella’ din is-sena fl-Awstrija.
It-taħdidiet bejniż-żewġ naħat ikkonċentraw fuq setturi oħra ta’ importanza, inkluż it-turiżmu u l-kultura. F’dan ir-rigward, il-Viċi Prim Ministru rrefera għall-iffirmar ta’ ftehim f’Lulju tal-2010 bejn l-AirMalta u l-Austrian Airlines. Dan wassal għal żieda fit-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi, li issa jlaħħqu sitta fil-ġimgħa. Mhemmx dubbju, li din iż-żieda tissarraf f’opportunita’ għall-Awstrijaċi sabiex jżuru pajjiżna, u l-Maltin iżuru l-Awstrija. Dr Borg għamel ukoll referenza għas-settur tat-tagħlim tal-Ingliż f’Malta, li wkoll joffri opportunita’ lill-istudenti Awstrijaċi żgħażagħ u ta’ eta’ sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom fl-Ingliż.
Matul it-taħdidiet,il-Viċi Prim Ministru semma’ il-preparamenti li qed jagħmel pajjiżna sabiex jospita t-tieni 5+5 Dialogue Summit tal-Mexxejja tal-Istati u Gvernijiet is-sena d-dieħla. Dan, huwa qal, jikkostitwixxi avveniment importanti għal pajjiżna, u jsegwi numru ta’ konferenzi oħra li ġew organizzati f’pajjiżna, fosthom dik tal-Organizzazzjoni tas-Sigurta’ u l-Koperazzjoni fl-Ewropa f’Ottubru u oħra tal-Alliance of Civilisations tan-Nazzjonijiet Uniti dan ix-xahar stess.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow