Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità waqt IT-TNEDIJA taL-POLITIKA NAZZJONALI DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI GĦALL-GŻEJJER MALTIN – SAN ĠILJAN – IL-ĠIMGĦA, 26 TA’ Novembru 2010

pr2205
Date Icon 26/11/2010
Onorevoli Ministri, membri parlamentari, kollegi,ħbieb,
Grazzitalli aċċettajtu l-istedina tagħna sabiex tattendu għal dan is-seminar li fih se nvaraw il-Politika Nazzjonali dwar Is-Saħħa Sesswali għall-Gżejjer Maltin. Inħossni kburi u privileġġat li bħala Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qiegħed inniedi din il-politika li kien hemm stennija twila għaliha.
Fi ħdanit-totalita’ tal-bniedem u s-saħħa ħolistika tiegħu, is-saħħa sesswali hija element integrali li timmerita attenzjoni xierqa. Jiena fiduċjuż li din il-policy se tagħmel proprju dan. Fiduċjuż ukoll li dan se jsir b’rispett lejn kull aspett tas-sesswalita’ tagħna u lejn id-diversita’ li tagħmilna lkoll umani.
Ħanagħmilha ċara mill-bidu - din hija politika (policy) u mhux strateġija (strategy) u nispera li kulħadd jifhem id-differenza. Fuq il-politika se nibnu l-istrateġija u dan se nagħmluh flimkien. Għalhekk dan is-seminar u għalhekk l-istedina tagħna.
Kienettkun prużunzjoni u arroganza minn naħa tagħna li kieku imponejna l-ħsibijiet tagħna fuq ħaddieħor. Speċjalment fid-dawl li għad irridu nibnu bażi soda  ta’ riċerka xjentifika nazzjonali li tista’ twassalna biex nieħdu deċiżjonijiet li jwasslu għal strateġija mmirata lejn ir-realtajiet ta’ pajjiżna.
Nisperali issa, bl-istess mod, ħadd ma’ jippretendi li għandna nimponu l-idejat tiegħu jew tagħha fuq ħaddieħor. Dan qed ngħidu għaliex biex wasalna s’hawn għaddejna minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ ħsibijiet u opinjonijiet differenti sabiex jiġi determinat bilanċ - bilanċ bejn ir-realtajiet ta’ prattiċi u valuri sesswali differenti ta’ pajjiżna, u dan qed tagħmlu bl-aktar mod konxju u responsabbli.
Naħsebli lkoll naqblu li dan huwa suġġett delikat ferm għaliex il-politika sesswali m’hijiex biss fuq l-aspett fiżiku u din m’hijiex politika fuq il-kontraċettivi jew il-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard biss, imma hija politika fuq IS-SAĦĦA sesswali integrali u ħolistika ta’ KULL individwu. Dik li bl-Ingliż tissejjaħ SEXUAL WELL BEING.
Il-formazzjoni ta’ kull politika trid tkun ibbażatafuq prinċipji. Din il-politika hija bbażata fuq prinċipji ċari. Jispikkaw il-prinċipji tad-drittijiet u responsabbiltajiet indivdwali u soċjali tal-bniedem, sostnuti mill-valuri tar-rispett u d-dinjita’ lejn il-ħajja umana mill-bidu tagħha, u fuq it-twemmin ta’ relazzjonijiet stabbli f’soċjeta’ b’saħħitha, li minn naħa tagħha tirrispettad-diversita’ sesswali, soċjali, reliġjuża u kulturali.
Xi ħaddqalli li meta taħdem fuq proġett bħal dan, daqs li kieku tkun qed tibni dgħajsa. Tista’ ddum taħdem fuqha kemm trid, jekk ma’ tvarahiex fil-baħar, ma’ tkunx taf jekk tagħmilx ilma. Illum varajna d-dagħjsa. Fiduċjużi li m’hijiex ser tagħmel ilma, imma fil-każ fiduċjużi wkoll li hemm intom tikkontribwixxu, tgħinuna nidentifikaw l-aħjar mod li bih nistgħu nindirrizzaw l-issues li għandna bżonn niċċaraw hekk kif tibda miexja din id-dgħajsa. Jekk naħdmu lkoll flimkien, bħalma qegħdin ilkoll flimkien hawnhekk illum – Ministeri differenti, għaqdiet politiċi, soċjali, il-knisja, l-imsieħba soċjali kollha – bid-diversitajiet kollha tagħna, żgur li kapaċi nżommu din id-dgħajsa f’wiċċ l-ilma u naraw li tasal fejn lkoll nixtiequha tasal.
Naħsebli jkun għajb għalina bħala soċjeta’ jekk fl-entużjażmu tagħna biex naslu għall-iżvilupp ta’ strateġija, issa li varajna din il-politika, naħsbu li nistgħu nagħmlu kollox malajr ħafna. Biex nkunu ĊERTI li smajna lil kulħadd, li indirizzajna l-bżonnijiet ta’ kulħadd, fid-diversita’ kollha li nsibu fis-soċjeta’ tagħna llum, irridu veru, bil-fatti nagħtu ċans lil kulħadd.
Illum sejibdew diversi workshops li minnhom persważ li se joħroġ ħafna ġid, għax kulħadd ser jingħata ċ-ċans, f’kuntest li jirrespetta lil KULĦADD. Bil-valuri tal-parteċipazzjoni u tar-rispett biss nistgħu nagħmlu dan l-ewwel pass li se jeħodna fil-vjaġġ tagħna lejn l-iżvilupp tal-istrateġija sussegwenti dwar is-saħħa sesswali.
Sinċerament nappellalkhom biex tkunu parteċipi f’danil-vjaġġ tagħna u minn qalbi nirringrazjakom tal-preżenza tagħkom li nassigurakhom li tfisser ħafna għalija u għat-tim kollu tiegħi.

Grazzi

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow