Left arrow Go Back

DISKORS MILL-PRIM MINISTRU,  L-ONOR LAWRENCE GONZI, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP, RIĊERKA U TAĦRIĠ – IL-FURJANA – IL-ĠIMGĦA  26 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2197
Date Icon 26/11/2010
Il-Gverndejjem stqarr bl-aktar mod ċar li l-akbar riżorsa li għandna Malta hija r-riżorsa umana.  Illum qegħdin ninsġu inizjattiva oħra max-xibka li diġà għandna biex ninvestu aktar fir-riżorsi umani tagħna.
Ilkollkemm aħna, xi darba jew oħra smajna kritika fuq is-Servizz Pubbliku; kritika li tweġġa’ lil min jaqdi dmiru bl-aktar mod serju.  Hu d-dmir ta’ kull impjegat li jagħti l-ħidma ta’ kuljum bl-iżjed mod effiċjenti.  Fl-istess waqt hu dmir tal-Gvern li jipprovdi l-għodda biex il-ħidma ta’ kuljum tkun akkumpanjata mill-aħjar taħriġ possibbli.
Tulis-snin investejna għax emminna fil-potenzjal tal-ħaddiema tagħna.  Permezz tal-iStaff Development Organisation, l-SDO, nedejna programmi estensivi ta’ taħriġ u żvilupp.  Illum qed nibnu fuq dak li ksibna.  Qed ninvestu fil-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku għax nemmnu li għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżna, biex jagħtu servizz effiċjenti lill-pubbliku u biex javvanzaw fil-karrieri tagħhom.
L-okkażjoni tal-lum hi espressjoni ċaratal-investiment li l-Gvern qiegħed jagħmel fis-Settur Pubbliku.  Nistennew li naqtgħu l-frott minn dan l-investiment billi jingħata servizz aħjar lill-klijenti u valur xieraq għall-investiment totali.
Id-dinjatat-tagħlim illum ħadet dimensjoni li qatt ma rajna bħala.  F’pajjiżna qed jiżdiedu l-istituzzjonijiet u l-opportunitajiet edukattivi.  Il-korsijiet fl-Università ta’ Malta qed jiżdiedu kull sena.  Għandna l-preżenza ta’ Universitajiet barranin li qegħdin joffru kwalifiki f’Malta.  Qegħdin ninvestu fl-iżvilupp tal-MCAST biex ikollna aktar taħriġ fil-livelli vokazzjonali.  Għandna qafas ta’ kwalifiki li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki juża biex jassigura li kull kors ikun ċertifikat skont kriterji internazzjonali.
Daniċ-Ċentru għandu japprofitta mill-infrastruttura edukattiva li hawn f’Malta u jaħdem biex jistabbilixxi allejanzi strateġiċi biex nikkonsolidaw ir-riżorsi eżistenti u mhux jipprova jaqdef għal rasu.  Ir-riżorsi tal-Università, tal-MCAST u tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni huma riżorsi nazzjonali.
Dinl-istituzzjoni ġdida trid tkun sensittiva u kreattiva biex toffri kwalifiki li mhux bilfors jintlaħqu fuq terminu fiss, kif aħna mdorrijin fl-Università.  Permezz ta’ credits li jistgħu jiġu akkumulati fuq perijodu itwal ta’ żmien ikunu rikonoxxuti l-impenji tax-xogħol u tal-familja ta’ kull individwu u ma tixxekkilx l-opportunità ta’ tagħlim offrut.
Huwagħalhekk ta’ importanza kbira li dan iċ-Ċentru ma jibqax imwaħħal fil-passat imma jħares lejn l-isfidi tal-ġejjieni.
Iridikun il-Kulleġġ ta’ Taħriġ tal-Gvern fejn joffri korsijiet li jwasslu għal kwalifiki li l-amministrazzjoni pubblika għandha bżonn biex twettaq il-ħidma tagħha b’aktar professjonalità.
Iridjistimola l-innovazzjoni, il-kreattività, ir-riċerka u jservi sew is-Servizz Pubbliku kif ukoll is-Settur Pubbliku.
Iċ-Ċentru, li qed ninawguraw illum, għandu jkunl-ewwel punt ta’ riferenza għall-entitajiet kollha meta jridu jfasslu xi taħriġ speċjalizzat għall-impjegati tagħhom biex b’hekk ikun hemm ko-ordinazzjoni effettiva u anqas spejjeż.
Daniċ-Ċentru li qiegħed jiġi mwelled f’ambjent ta’ opportunitajiet kbar, diġà kiseb fondi mill-Unjoni Ewropea biex jitħejja Training Needs Analysis liema inizjattiva qegħda tiġi meħuda mal-istituzzjoni prestiġġjuża tal-Ecole Nationale de Paris.  U hekk irid ikompli jagħmel biex tassew ikollna Ċentru ta’ livell għoli.
Irridunassiguraw li kull kors li jiġi provdut ikun konformi mall-European Credit Transfer System (ECTS) biex hekk kull impjegat ikollu kwalifika rikonoxxuta.
Kulluffiċjal pubbliku issa qed jingħata opportunità biex jiżviluppa ħiliet ġodda u jispeċjalizza f’qasam partikulari permezz ta’ parteċipazzjoni f’korsijiet speċjalizzati.  L-esperjenza wriet li l-Amministrazzjoni Pubblika teħtieġ uffiċjali mħarrġa sew u kwalifikati f’oqsma speċjalizzati bħal finanzi, informatika, fl-immaniġġjar ta’ riżorsi umani u fuq liġijiet u proċeduri tal-Unjoni Ewropea fost oħrajn.  L-ispeċjalizzazzjoni saret neċessità fid-dinja tal-lum u ħadd ma jista’ jistrieħ fuq l-esperjenza tal-passat biss.
Illumqegħdin niċċelebraw investiment sostanzjali fit-taħriġ, fl-edukazzjoni, fil-ħaddiema, meta sħabna fl-Ewropa sfortunatament qegħdin iħabbru miżuri ta’ awsterità. Pajjiżi ġirien tagħna intlaqtu b’mod aħrax mill-klima ekonomika u qegħdin inaqqsu l-investiment f’diversi setturi fosthom fis-settur pubbliku, fl-edukazzjoni u fil-qasam soċjali.  It-tmexxija għaqlija hija bżonnjuża mhux biss fil-livell ta’ Gvern imma f’kull entità, għaliex kull entità hi kolonna fi struttura sħiħa u mhux kolonna indipendenti minn oħra.

Sinjuri,

Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-istrutturi fis-Servizz Pubbliku permezz ta’ tmexxija aktar professjonali u effiċjenti.  It-tisħiħ fis-Servizz Pubbliku ifisser ukoll tnaqqis fil-burokrazija żejda, strutturi aktar flessibbli u streamlined, u koordinazzjoni effettiva bejn dipartimenti. U fuq kollox leaders li jagħmlu differenza fis-Servizz Pubbliku.  Iċ-Ċentru għandu rwol importanti biex jiżviluppa leaders ġodda f’kull livell tal-amministrazzjoni.  Għandha tkun l-aspirazzjoni ta’ kull persuna li taħdem fl-amministrazzjoni pubblika biex tkun ta’ xprun għal tibdil kontinwu.  Biex isseħħ din il-viżjoni, jeħtieġ il-kontribut ta’ kull individwu, hu x’inhu l-grad, għaliex il-katina hija magħmula minn diversi ħoloq u hija b’saħħitha skont kemm huma b’saħħithom il-ħoloq differenti li jiffurmawha.

Sinjuri,

L-investiment li qed niftħu llum huwa investimentfl-Amministrazzjoni Pubblika u fin-nies li jaħdmu fiha.
Huwaxhieda tal-impenn tal-Gvern lejn l-edukazzjoni tul il-ħajja.
Humessaġġ ċar li l-Gvern irid Servizz Pubbliku li jagħti servizz effiċjenti, tal-ogħla livell b’ħaddiema mħarrġa u professjonali.
Il-ħidmatagħkom trid tissarraf f’żieda fl-effiċjenza.  Illum aktar minn 70 servizz huma offruti online, għalhekk persuna tista’ tinqeda mill-kumdità ta’ darha x’ħin trid.  Dan iċ-Ċentru jrid joffri taħriġ kemm biex jingħata servizz aħjar online kif ukoll wiċċ imb’wiċċ lill-klijenti tas-Servizz Pubbliku.
Nirringrazzja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni,lill-Kap taċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ u dawk kollha li kkollaboraw magħhom biex dan iċ-Ċentru jsir realtà.  Ir-responsabbiltà tagħkom hija kbira.  Għandkom l-obbligu li toffru taħriġ inklussiv u kreattiv filwaqt li tgħinu biex kull ħaddiem jużufruwixxi mill-benefiċċji li jista’ jikseb permezz tat-taħriġ offrut.  Qatt ma hu tard għal ħadd biex jitgħallem, javvanza u jagħti servizz aħjar.
Danil-post u l-ħidma li ssir fih hi monument ħaj tat-twemmin u l-politika tal-Gvern li r-riċerka u t-taħriġ jiftħu l-bibien għal aktar xogħol u xogħol aħjar għall-ħaddiema.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow