Left arrow Go Back

GĦAWDEX JINGĦAQAD MAL-UE F’ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA EWROPEA GĦAT-TNAQQIS TAL-ISKART

pr2188
Date Icon 25/11/2010
Dinil-ġimgħa, Għawdex ingħaqad mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej li bejn l-20 u t-28 ta’ Novembru, qegħdin ikattru l-għarfien u l-impenn permezz ta’ attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tindirizza b’mod aktar konkret l-isfida marbuta mat-tnaqqis tal-iskart fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministeru għal Għawdex, permezz tad-DipartimentEko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali, introduċa l-użu ta’ compost bins fl-iskejjel kollha madwar Għawdex. Dan bil-għan li jiġu promossi prattiċi utli li jipproċessaw skart organiku sabiex dan isir kompost u jintuża fil-ġonna fl-istess skejjel. Din hija attività li twassal biex jitnaqqas l-iskart li jintrema fil-landfills. Din hija wkoll inizjattiva li tippromwovi prattiċi ambjentali tajbin marbuta mal-proposti inklużi fil-Pjan ta’ Azzjoni 2010-2012  tal-viżjoni eko-Għawdex.
Dawn il-compostbins ġew introdotti waqt attività li saret fl-Iskola Primarja tal-Qala u li għaliha attendiet fost l-oħrajn il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Hija ħeġġet lill-istudenti u lill-għalliema biex jibdew jużaw dawn il-bins fl-iskola, filwaqt li jippromwovu dak li jitgħallmu ma’ persuni oħra qrib tagħhom u jekk jista’ jkun jagħmlu l-istess id-dar, biex b’hekk iktar nies f’Għawdex isiru responsabbli fl-immaniġġjar tal-iskart. L-Onor. Debono fissret kif il-qasam edukattiv huwa qasam validu biex jiġu introdotti ideat u prattiċi ġodda li ser ikunu strumentali biex tiġi realizzata l-viżjoni eko-Għawdex. Minbarra li dawn il-kontenituri ser jgħinu biex jiġi differenzjat l-iskart organiku mill-istudenti nfushom fl-iskola stess, ser ikunu wkoll utli biex b’hekk pass pass jibdew jiddaħħlu drawwiet li jgħinu fil-ħarsien tal-ambjent li toffri l-gżira ta’ Għawdex. B’hekk ikunu jistgħu jibdew jintlaħqu l-miri ta’ żvilupp sostenibbli li minkejja li huma miri ambizzjużi jistgħu jintlaħqu jekk ikun hemm il-koperazzjoni ta’ kulħadd, iżda b’mod partikolari l-impenn u l-koperazzjoni tal-poplu Għawdxi.
Il-Ministru għal Għawdex spjegat ukoll kif bi ftitimpenn jista’ jiġi mnaqqas l-ammont ta’ skart li jiġi ġġenerat kuljum fl-iskejjel tagħna. Xi suġġerimenti jistgħu jinkludu l-użu ta’ lunchboxes minflok boroż tal-plastik, srievet tad-drapp minflok paper napkins, tazzi jew kikkri li jerġgħu jintużaw minflok dawk disposable filwaqt li jsiru fotokopji fuq żewġ naħat tal-karta biex b’hekk tiġi wżata anqas karta. Hija ħeġġet lill-istudenti biex dak kollu li qed jitgħallmu matul din il-ġimgħa jibqgħu jipprattikawh fil-ġimgħat, fix-xhur u fis-snin li ġejjin.
Inizjattiva oħra marbuta mal-pjan ta’ azzjoni eko-Għawdexli qed tiġi mnedija fost l-iskejjel Għawdxin għaż-żmien tal-Milied hija dik li tittratta bini ta’ presepji b’materjal riċiklat. Il-Ministru Giovanna Debono ħeġġet lill-istudenti kollha biex jieħdu sehem f’din l-inizjattiva, ikunu kreattivi u joħolqu presepji differenti, biex hekk ix-xogħlijiet tagħhom jiġu esebiti fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex u waqt wirja tal-istess tip fil-Valletta Waterfront.
L-attivitàkienet tinkludi wkoll qari ta’ poeżiji b’temi marbuta mal-ambjent kif ukoll żfin mill-istudenti tal-istess skola. Din il-ġimgħa li l-għan tagħha hu li jinħoloq aktar għarfien dwar it-tnaqqis ta’ skart, qed tiġi ċċelebrata f’Malta, għall-ewwel darba din is-sena.
S’issamatul din is-sena l-WasteServ f’Għawdex ipproċessat 740,000 kilogramma ta’ skart separat li jfisser żieda ta’ aktar minn 440,000 kilogramma fuq l-iskart separat miġbur fl-2009.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow