MESSAĠĠ MILL-MINISTRU DOLORES CRISTINA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI KONTRA L-VJOLENZA DOMESTIKA: IL-VJOLENZA DOMESTIKA M’HIX TOLLERATA
pr2187
25/11/2010
| Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra | l-Vjolenza Domestika, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, issellem lill-vittmi tal-vjolenza domestika f’pajjiżna, tesprimi solidarjeta’ sħiħa magħhom u ġġedded l-impenn tal-Gvern li jibqa’ joffri servizzi ta’ appoġġ lil dawn il-vittmi biex jgħinhom joħorġu minn dawn is-sitwazzjonijiet diffiċli, filwaqt li tikkundanna kull forma ta’ vjolenza domestika li ma tista’ qatt tkun tollerata. |
| Is-soċjetà kollha kemm hi għandha tiġġieled din | il-pjaga soċjali li qed tpoġġi numru ta’ persuni u uliedhom fi tbagħtija u tneżżagħhom mid-dinjita’ li tixraq lil kull persuna. Il-pajjiż għandu diversi strutturi li jaħdmu biex iqajjmu kuxjenza pubblika kontra dan l-abbuż u oħrajn li joffru appoġġ u sostenn lil min isib ruħu f’dawn iċ-ċirkostanzi. |
| Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika tieħu | diversi inizjattivi f’dan ir-rigward mhux biss permezz ta’ kampanji ta’ għarfien dwar dan il-fenomenu imma wkoll billi tħarreġ professjonisti minn dixxiplini differenti u ssaħħaħ is-servizzi li jingħataw lill-vittmi. L-Aġenzija Appoġġ u għaqdiet volonarji oħra wkoll joffru servizzi, fosthom l-emergency shelter u servizzi oħra. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, | tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex tħeġġeġ lil dawk kollha li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet fejn ikunu qed isofru vjolenza domestika biex jagħmlu kuraġġ u ma jċedux għal din l-aggressjoni u minflok ifittxu s-servizzi ta’ appoġġ li l-pajjiż, il-Knisja u għaqdiet volontarji oħra li joffru għajnuna f’dawn iċ-ċirkostanzi. |
| Min-naħa | l-oħra l-Ministru tixtieq tirringrazzja lill-ħaddiema u l-professjonisti kollha li jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika kif ukoll lill-amministraturi u l-impjegati fid-Djar Residenzjali li joffru kenn u servizzi oħra lil dawn il-vittmi u jgħinuhom biex jibnu ħajjithom mill-ġdid u jintegraw lura fis-soċjetà. |
| Il-Ministru Cristina ġeddedt l-impenn tal-Gvern li | flimkien mas-soċjetà ċivili jibqa’ jiġġieled dawn l-abbużi u joffri sostenn u appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza domestika. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003