TITNIEDA SKEMA TA’ FINANZJAMENT GĦAL PROĠETTI MARBUTA MA’ EKO-GĦAWDEX MWETTQA MINN KUNSILLI LOKALI U KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦAWDXIN
pr2183
24/11/2010
| Il-Ministeru għal | Għawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti marbuta mal-programm eko-Għawdex, mwettqa mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin, b’allokazzjoni ta’ €1.2 miljun. Permezz ta’ din l-iskema, kull Kunsill Lokali u Kumitat Amministrattiv f’Għawdex, jista’ jibbenefika minn kontribuzzjoni ta’ 95% tan-nefqa totali sa massimu ta’ €70,000, għal proġetti li jitwettqu bil-għan li l-lokalitajiet f’Għawdex isiru aktar sostenibbli. |
| Din l-iskema tħabbret | mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Sala tal-Konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex u li għaliha attendew għadd ta’ Sindki, Kunsilliera u Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin. |
| L-Onor. Giovanna | Debono qalet li permezz ta’ din l-iskema, il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jwettaq iktar inizjattivi marbuta mal-proposti elenkati fid-dokument Eko-Għawdex: Pjan ta’ Azzjoni 2010-2012, liema proposti ġew individwati bħala dawk li għandhom jitwettqu fix-short term permezz tal-fondi allokati għal Eko-Għawdex sal-2012. Il-Ministru Giovanna Debono stiednet lill-Kunsilli Lokali kollha Għawdxin biex jindividwaw proġetti li jistgħu jitwettqu fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom u li huma konformi mal-kriterji ta’ dawk il-proposti elenkati fl-istess pjan ta’ azzjoni. Żiedet tgħid li l-proġetti u l-inizjattivi kkunsidrati ser ikunu dawk li verament jagħmlu differenza fil-lokalitajiet u li jkunu ta’ benefiċċju għar-residenti. Il-Ministru Debono ħeġġet ukoll li Kunsilli Lokali differenti jingħaqdu flimkien biex iwettqu proġetti bejniethom. |
| L-applikazzjonijiet | bil-proposti għal proġetti taħt din l-iskema ser jintlaqgħu sal-Ħamis 23 ta’ Diċembru 2010. Fil-proposta, l-applikanti jridu jispjegaw kif il-proġett ser ikun ta’ benefiċċju għal Għawdex u s-soċjetà Għawdxija fit-tul. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet li ser ikollha impatt importanti fuq id-deċiżjoni tal-kumitat li ser ikun qed jevalwa l-applikazzjonijiet. |
| Il-proġetti li ser | ikunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema ser jitħabbru sa Jannar 2011, u għandhom jiġu implimentati sa Novembru 2011. |
Iktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.ecogozo.com jew mid-Dipartiment għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fuq 22156312.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003