DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, F’GĦELUQ L-EWWEL ANNIVERSARJU MILL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU NAZZJONALI TAL-BREAST SCREENING– VALLETTA – L-ERBGĦA 24 TA’ NOVEMBRU 2010
pr2182
24/11/2010
| Kważi 70% tan-nisa | jagħmlu l-Breast Screening |
| Huwa unur kbir tiegħi | li llum, fil-preżenza tas-Sinjura Gonzi, qed niltaqgħu fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening biex nagħmlu l-“quċċija”, jiġifieri niċċelebraw l-ewwel sena ta’ settur tas-saħħa li f’sena biss irnexxielu jagħmel dak li kien pjanat li jsir fi 3 snin! |
| Mill-aħħar statistika | li ħareġ dan iċ-ċentru jidher li kważi sebgħin fil-mija (68.8%) tan-nisa li għandhom bejn il-50 u 60 sena u li ġew mistiedna biex jagħmlu Breast Screening f’dan iċ-ċentru, aċċettaw l-istedina. Is-suċċess ta’ din iċ-ċifra mhux biss għax il-figura ntlaħqet fi żmien daqshekk qasir imma għaliex dan sar bl-użu ta’ mammography machine waħda. Fil-fatt bħalissa għaddej il-proċess biex tinxtara t-tieni magna. Naturalment, dan ifisser ukoll li se jitħarrġu aktar nisa f’dan il-qasam sabiex ikun jista’ jitwessa’ u jikber aktar dan is-servizz. |
| Dan ifisser li | fil-fatt li sebat elef u sitta u sebgħin (7,076) mara ġew għamlu mammogram b’xejn f’dan iċ-ċentru sabieħ li fetaħ il-bibien tiegħu sena ilu biss (fis-7 t’Ottubru 2009). Minn dawn in-nisa, sitt mija u seba u tmenin (687) mara ġew imsejħa jerġgħu jiġu t-tieni darba għal aktar investigazzjoni, jiġifieri tnax punt erbgħa fil-mija (12.4%). |
| Minn dawn in-nisa | kollha, ħamsa u erbgħin (45) instabilhom kanċer fi stadju bikri ħafna bil-possibiltà kbira li wara li l-multi-disciplinary team tal-Isptar Mater Dei jixtarr sew il-każ, tingħata l-kura fl-istess sptar jew fl-Isptar Boffa u, mhux tiġi salvata l-ħajja ta’ dawn in-nisa, imma jkunu jistgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità tajba fit-tul, fid-dgawdija tal-familja tagħhom. |
| Illum nixtieq | inħabbar li b’kollaborazzjoni bejn timijiet mediċi mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità u l-Ministeru għal Għawdex, beda jsir ukoll l-iscreening f’Għawdex. Dan is-servizz se jkun qed joffri għażla importanti lin-nisa li jgħixu fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta li jew jagħmlu check up f’Għawdex jew inkella f’Malta. Dan is-servizz jifforma parti importanti ħafna mill-istrateġija tal-Breast Screening kif rakkomandati mill-linji gwida tal-Unjoni Ewropea. |
| Is-servizz beda l-ġimgħa | li għaddiet fuq numru żgħir ta’ ħmistax-il mara residenti f’Għawdex li sarilhom screening b’suċċess mit-tim mediku li kien jinkludi radjografi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex stess. Dan is-servizz huwa tal-ogħla kwalità u standards bħal dak ta’ Malta, jinkludi sistema ta’ IT żviluppata minn kumpanija Maltija u sistema ta’ double reporting sabiex ma jkunx hemm dubju fuq ir-riżultat. Bħal f’Malta, is-servizz f’Għawdex joffri l-possibbiltà li t-tobba tal-familja indikati mill-pazjenti, jirċievu r-riżultat tal-mammogram b’mod elettroniku, sabiex dawn in-nisa jkomplu jserrħu rashom fuq dak li jkun qed jingħata lilhom mit-tim tal-Breast Screening. |
| La semmejt it-tobba | tal-familja nixtieq insemmi li hemm kollaborazzjoni b’saħħitha ħafna bejn iċ-ċentru tal-Breast Screening u t-tobba tal-familja. Fuq bażi regolari, kull mara li tixtieq l-opinjoni jew il-gwida tat-tabib tal-familja fuq dak li jkun ħareġ mir-riżultat tal-iscreening, dan isir b’mod elettroniku. Il-klijenti jindikaw l-isem tat-tabib tal-familja u ċ-ċentru jibgħat l-informazzjoni kollha lil dawk it-tobba indikati. Importanti li nkunu ċari li dan isir biss fuq istruzzjonijiet tal-klijenti jew pazjenti taċ-ċentru biex dejjem tiġi rispettata l-privatezza tagħhom. Iktar minn disgħin fil-mija (90%) tal-pazjenti jagħmlu użu minn dan is-servizz. |
| Jiena sodisfatt | immens li l-appelli tagħna qed iwasslu sabiex aktar nisa jilqgħu l-istedina tagħna. |
| Nirringrazzja | lis-Sinjura Gonzi li onoratna bil-preżenza tagħha llum. |
| Ħajr kbir lit-tim | taċ-ċentru taħt it-tmexxija ta’ Mr Joe Psaila u Dr Nadine Delicata. Jiena infurmat li mhux biss jimxu bi ħlewwa kbira u professjonalità mal-klijenti kollha ta’ dan iċ-Ċentru, imma spiss huma stess jagħmlu appelli fuq programmi tar-radju u t-televiżjoni, filwaqt li jedukaw permezz ta’ taħdidiet u diskussjonijiet fuq il-meżżi kollha tax-xandir. Naf li qed issir kampanja publiċitarja b’saħħitha ferm bħalissa u jidher li din il-kampanja qed tħalli l-frott għax il-konkorrenza żdiedet. |
| Ringrazzjament | speċjali jmur ukoll liż-żewġ organizzazzjonijiet volontarji li qed jaħdmu bla heda f’dan il-qasam – il-lobbying group Action For Breast Cancer Foundation u l-Breast Care Support Group. |
| Grazzi tmur ukoll | lill-media li jagħtuna daqqa t’id sew f’dan il-qasam. F’isem in-nisa kollha u l-familji tagħhom – GRAZZI MINN QALBI. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003