STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr2180
23/11/2010
| B’reazzjoni għall-istqarrija | mill-kumitat dwar l-impjant ta’ Sant’ Antnin |
| Il-Ministeru jirreferi | għall-istqarrija maħruga mill-kumitat dwar l-impjant ta’ Sant’Antnin. |
| L-Impjant tar-Riċiklaġġ ta’ | Sant’Antnin sar skont standards Ewropej u teknoloġija avvanzata biex: |
• tiżdied is-separazzjoni tal-iskart f’pajjiżna;
• l-iskart ikun sfruttat bħala riżorsa u b’hekk parti mill-iskart jiġi esportat għar-riċiklaġġ
• parti oħra mill-iskart qed isir il-kompost minna
• mill-iskart nibdew nipproduċu l-elettriku
• b’anqas skart u anqas użu ta’ fuel intejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, titjieb il-kwalità tal-arja
u ngawdu minn livell ta’ saħħa aħjar
| Il-proġett ta’ immodernizzar li sar | hu ta’ benefiċċju għar-residenti ta’ Wied il-Għajn u għal pajjiżna. |
| L-impjant ta’ Sant’ Antnin joffri | mekkaniżmu tal-ogħla standards Ewropej sabiex mill-iskart li narmu nkunu kapaċi nieħdu l-massimu li din ir-riżorsa toffri bħalma hu l-ġenerazzjoni tal-eletriku. Dan minbarra li parti mill-iskart qed jiġi esportat. |
| Il-Ministeru jirringrazzja | lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Ghajn li kien f’diskussjoni mal-WasteServ sabiex isir moniteraġġ tal-arja. |
| Bl-għeluq tal-miżbla mhux | ikkontrollata li kien hemm fis-snin sebgħin f’Wied il-Għajn u l-interventi meħuda biex nikontrollaw il-gassijiet, inbeda l-iżvilupp biex dan il-post ikun jista’ jinbidel f’Park tal-Familja. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003